|
+Artikolu 60 5. |
Artikolu 60 5.Jekk UCITS prinċipali tidħol f’merger ma’ UCITS oħra jew tinqasam f’żewġ UCITS jew aktar, l-UCITS alimentatriċi għandha tiġi likwidata, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi ma jkunux approvaw li l-UCITS alimentatriċi: li
(a)
tibqa’ UCITS alimentatriċi ta’ UCITS prinċipali jew ta’ UCITS oħra li tirriżulta mill-merger jew mill-qsim tal-UCITS prinċipali;
(b)
tinvesti talanqas 85 % mill-assi tagħha f’unitajiet ta’ UCITS prinċipali oħra li ma jirriżultax mill-merger jew mill-qsim; jew
(c)
temenda r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha sabiex tkun tista’ tinbidel f’UCITS li mhijiex alimentatriċi. L-ebda merger jew qsim ta’ UCITS prinċipali ma għandu jidħol fis-seħħ sakemm il-UCITS prinċipali ma tkunx ipprovdiet, lit-titolari tal-unitajiet kollha tagħha u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi tagħha, it-tagħrif kollu msemmi fl-Artikolu 43 jew komparabbli ma’ dak imsemmi fl-Artikolu 43, sa 60 jum qabel id-data proposta tad-dħul fis-seħħ. Sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi ma jkunux taw l-approvazzjoni tagħhom skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-UCITS prinċipali għandha tagħmilha possibbli għall-UCITS alimentatriċi li terġa’ tixtri jew tifdi l-unitajiet kollha fl-UCITS prinċipali qabel ma jidħlu fis-seħħ il-merger jew il-qsim tal-UCITS prinċipali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|