+Artikolu 60
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
---+Artikolu 60 4.
---+Artikolu 60 5.
---+Artikolu 60 6.
---+Artikolu 60 7.

Artikolu 60

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 60 1.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-UCITS prinċipali tipprovdi lill-UCITS alimentatriċi bid-dokumenti u l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tilħaq ir-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva. Għal dan l-għan, l-UCITS alimentatriċi għandha tiffirma ftehim mal-UCITS prinċipali.

L-UCITS alimentatriċi ma għandhiex tinvesti aktar mil-limitu applikabbli skont l-Artikolu 55(1) f’unitajiet ta’ dik il-UCITS prinċipali sakemm il-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jkunx daħal fis-seħħ. Dak il-ftehim għandu jkun disponibbli, fuq talba u mingħajr ħlas, għat-titolari kollha tal-unitajiet.

Fil-każ li l-UCITS alimentatriċi u dik prinċipali jkunu mmaniġjati mill-istess kumpanija tal-maniġment, il-ftehim jista’ jkun sostitwit permezz ta’ regoli interni dwar it-tmexxija tan-negozju li jiżguraw konformità mar-rekwiżiti stipulati f’dan il-paragrafu.

Artikolu 60 2.
L-UCITS prinċipali u dik alimentatriċi għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jikkoordinaw iż-żmien ta’ meta jsiru l-kalkulazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-valur tal-assi netti sabiex jevitaw il-“market timing” fl-unitajiet ta’ fondi tagħhom, u jevitaw opportunitajiet ta’ arbitraġġ.
Artikolu 60 3.
Bla ħsara għall-Artikolu 84, jekk UCITS prinċipali tissospendi b’mod temporanju x-xiri mill-ġdid jew il-fidwa tal-unitajiet tagħha, sew fuq l-inizjattiva tagħha stess sew fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, kull waħda mill-UCITS alimentatriċi tagħha hija intitolata li tissospendi x-xiri mill-ġdid jew il-bejgħ mill-ġdid tal-unitajiet tagħha mingħajr ħsara għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 84(2), fl-istess perjodu ta’ żmien bħall-UCITS prinċipali.
Artikolu 60 4.

Jekk UCITS prinċipali tkun likwidata, l-UCITS alimentatriċi għandha tkun likwidata wkoll, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha ma jkunux approvaw:

(a) 

l-investiment ta’ talanqas 85 % mill-assi tal-UCITS alimentatriċi f’unitajiet ta’ UCITS prinċipali oħra; jew

(b) 

l-emendar tar-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha sabiex il-UCITS alimentatriċi tkun tista’ tinbidel f’UCITS li mhijiex alimentatriċi.

Bla ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi nazzjonali fir-rigward ta’ likwidazzjoni obbligatorja, il-likwidazzjoni ta’ UCITS prinċipali m’ għandix issir iżjed kmieni minn tliet xhur wara li l-UCITS prinċipali tkun għarrfet lit-titolari kollha tal-unitajiet tagħha, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ dik il-UCITS alimentatriċi, dwar id-deċiżjoni vinkolanti ta’ likwidazzjoni.

Artikolu 60 5.

Jekk UCITS prinċipali tidħol f’merger ma’ UCITS oħra jew tinqasam f’żewġ UCITS jew aktar, l-UCITS alimentatriċi għandha tiġi likwidata, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi ma jkunux approvaw li l-UCITS alimentatriċi: li

(a) 

tibqa’ UCITS alimentatriċi ta’ UCITS prinċipali jew ta’ UCITS oħra li tirriżulta mill-merger jew mill-qsim tal-UCITS prinċipali;

(b) 

tinvesti talanqas 85 % mill-assi tagħha f’unitajiet ta’ UCITS prinċipali oħra li ma jirriżultax mill-merger jew mill-qsim; jew

(c) 

temenda r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha sabiex tkun tista’ tinbidel f’UCITS li mhijiex alimentatriċi.

L-ebda merger jew qsim ta’ UCITS prinċipali ma għandu jidħol fis-seħħ sakemm il-UCITS prinċipali ma tkunx ipprovdiet, lit-titolari tal-unitajiet kollha tagħha u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi tagħha, it-tagħrif kollu msemmi fl-Artikolu 43 jew komparabbli ma’ dak imsemmi fl-Artikolu 43, sa 60 jum qabel id-data proposta tad-dħul fis-seħħ.

Sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi ma jkunux taw l-approvazzjoni tagħhom skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-UCITS prinċipali għandha tagħmilha possibbli għall-UCITS alimentatriċi li terġa’ tixtri jew tifdi l-unitajiet kollha fl-UCITS prinċipali qabel ma jidħlu fis-seħħ il-merger jew il-qsim tal-UCITS prinċipali.

Artikolu 60 6.

Il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ddelegati ►M4  skont l-Artikolu 112a ◄ , tadotta miżuri li jispeċifikaw:

▼B

(a) 

il-kontenut tal-ftehim jew tar-regoli interni dwar it-tmexxija tan-negozju imsemmija fil-paragrafu 1;

(b) 

liema miżuri msemmija fil-paragrafu 2 jitqiesu xierqa; u

(c) 

fil-każ ta’ likwidazzjoni, merger jew qsim ta’ UCITS prinċipali, il-proċeduri għall-approvazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 4 u 5.

▼M1 —————

Artikolu 60 7.

Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu determinati l-kondizzjonijiet tal-applikazzjonijiet tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-ftehim, il-miżuri u l-proċeduri msemmijin fil-paragrafu 6.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.