|
+Artikolu 63 1. |
Artikolu 63 1.L-Istati Membri għandhom jobbligaw li, minbarra t-tagħrif ipprovdut fl-Iskeda A tal-Anness I, il-prospett tal-UCITS alimentatriċi jinkludi t-tagħrif li ġej:
(a)
dikjarazzjoni li l-UCITS alimentatriċi hija alimentatriċi ta’ UCITS prinċipali partikolari, u bħala tali tinvesti b’mod permanenti l-85 % jew aktar mill-assi tagħha f’unitajiet ta’ dik il-UCITS prinċipali;
(b)
l-għan u l-politika tal-investiment, inklużi l-profil tar-riskju u jekk ir-rendiment tal-UCITS alimentatriċi u tal-UCITS prinċipali humiex identiċi, jew safejn u għaliex huma differenti minn xulxin, inkluża deskrizzjoni tal-investiment li jkun sar skont l-Artikolu 58(2);
(c)
deskrizzjoni fil-qosor tal-UCITS prinċipali, l-organizzazzjoni tagħha, l-għan u l-politika ta’ investiment tagħha, inkluż il-profil tar-riskju tagħha u indikazzjoni ta’ kif jista’ jinkiseb il-prospett aġġornat tal-UCITS prinċipali;
(d)
ġabra fil-qosor tal-ftehim iffirmat bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jew tar-regoli interni dwar it-tmexxija tan-negozju skont l-Artikolu 60(1);
(e)
kif it-titolari ta’ unità jistgħu jiksbu aktar tagħrif rigward il-UCITS prinċipali u l-ftehim iffirmat bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali, skont l-Artikolu 60(1);
(f)
deskrizzjoni tar-remunerazzjoni jew tal-ħlas lura tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-UCITS alimentatriċi minħabba l-investiment tagħħa f’unitajiet tal-UCITS prinċipali, kif ukoll tal-imposti aggregati tal-UCITS alimentatriċi u tal-UCITS prinċipali; u
(g)
deskrizzjoni tal-implikazzjonijiet fiskali għall-UCITS alimentatriċi tal-investiment tagħha fl-UCITS prinċipali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|