+Artikolu 63
---+Artikolu 63 1.
---+Artikolu 63 2.
---+Artikolu 63 3.
---+Artikolu 63 4.
---+Artikolu 63 5.

Artikolu 63

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 63 1.

L-Istati Membri għandhom jobbligaw li, minbarra t-tagħrif ipprovdut fl-Iskeda A tal-Anness I, il-prospett tal-UCITS alimentatriċi jinkludi t-tagħrif li ġej:

(a) 

dikjarazzjoni li l-UCITS alimentatriċi hija alimentatriċi ta’ UCITS prinċipali partikolari, u bħala tali tinvesti b’mod permanenti l-85 % jew aktar mill-assi tagħha f’unitajiet ta’ dik il-UCITS prinċipali;

(b) 

l-għan u l-politika tal-investiment, inklużi l-profil tar-riskju u jekk ir-rendiment tal-UCITS alimentatriċi u tal-UCITS prinċipali humiex identiċi, jew safejn u għaliex huma differenti minn xulxin, inkluża deskrizzjoni tal-investiment li jkun sar skont l-Artikolu 58(2);

(c) 

deskrizzjoni fil-qosor tal-UCITS prinċipali, l-organizzazzjoni tagħha, l-għan u l-politika ta’ investiment tagħha, inkluż il-profil tar-riskju tagħha u indikazzjoni ta’ kif jista’ jinkiseb il-prospett aġġornat tal-UCITS prinċipali;

(d) 

ġabra fil-qosor tal-ftehim iffirmat bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jew tar-regoli interni dwar it-tmexxija tan-negozju skont l-Artikolu 60(1);

(e) 

kif it-titolari ta’ unità jistgħu jiksbu aktar tagħrif rigward il-UCITS prinċipali u l-ftehim iffirmat bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali, skont l-Artikolu 60(1);

(f) 

deskrizzjoni tar-remunerazzjoni jew tal-ħlas lura tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-UCITS alimentatriċi minħabba l-investiment tagħħa f’unitajiet tal-UCITS prinċipali, kif ukoll tal-imposti aggregati tal-UCITS alimentatriċi u tal-UCITS prinċipali; u

(g) 

deskrizzjoni tal-implikazzjonijiet fiskali għall-UCITS alimentatriċi tal-investiment tagħha fl-UCITS prinċipali.

Artikolu 63 2.

Minbarra t-tagħrif ipprovdut fl-Iskeda B tal-Anness I, ir-rapport annwali tal-UCITS alimentatriċi għandu jinkludi stqarrija dwar l-imposti aggregati tal-UCITS alimentatriċi u tal-UCITS prinċipali.

Ir-rapporti annwali u ta’ kull sitt xhur tal-UCITS alimentatriċi għandhom jindikaw fejn jistgħu jinkisbu ir-rapporti annwali u ta’ kull sitt xhur rispettivi tal-UCITS prinċipali.

Artikolu 63 3.
Minbarra r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 74 u 82, l-UCITS alimentatriċi għandha tibgħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, il-prospett, it-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78, u kull emenda li tkun saritlu, kif ukoll ir-rapporti annwali u ta’ kull sitt xhur tal-UCITS prinċipali.
Artikolu 63 4.
UCITS alimentatriċi għandha tiddikjara f’kull komunikazzjoni kummerċjali rilevanti li tinvesti b’mod permanenti l-85 % jew aktar mill-assi tagħha f’unitajiet tal-istess UCITS prinċipali.
Artikolu 63 5.
Għandha tintbagħat kopja tal-prospett, u tar-rapporti annwali u ta’ dak ta’ kull sitt xhur tal-UCITS prinċipali lill-investituri mill-UCITS alimentatriċi, fuq it-talba tagħhom u mingħajr ħlas.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.