|
+Artikolu 64 1. |
Artikolu 64 1.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, UCITS alimentatriċi li diġà twettaq attivitajiet bħala UCITS, inklużi dawk ta’ UCITS alimentatriċi ta’ UCITS prinċipali differenti, għandha tipprovdi lit-titolari ta’ unità kollha tagħha bit-tagħrif li ġej:
(a)
dikjarazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi appruvaw l-investiment tal-UCITS alimentatriċi f’unitajiet ta’ dik l-UCITS prinċipali;
(b)
it-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78 rigward il-UCITS alimentatriċi u dik prinċipali;
(c)
id-data li fiha l-UCITS alimentatriċi tibda tinvesti fil-UCITS prinċipali jew, jekk tkun diġà investiet fiha, id-data meta l-investiment ikun se jaqbeż il-limitu applikabbli skont l-Artikolu 55(1);
(d)
dikjarazzjoni li t-titolari ta’ unità għandhom id-dritt li jitolbu, fi żmien 30 ġurnata, ix-xiri mill-ġdid jew il-fidwa tal-unitajiet tagħhom mingħajr ħlas ulterjuri minbarra dak li jkun sar lill-fond biex jiġu koperti spejjeż ta’ diżinvestiment; dan id-dritt jidħol fis-seħħ malli l-UCITS alimentatriċi tkun ipprovdiet it-tagħrif imsemmi f’dan il-paragrafu. Dan it-tagħrif għandu jingħata sa mill-inqas 30 jum qabel id-data msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|