+Artikolu 64
---+Artikolu 64 1.
---+Artikolu 64 2.
---+Artikolu 64 3.
---+Artikolu 64 4.
---+Artikolu 64 5.

Artikolu 64

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 64 1.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, UCITS alimentatriċi li diġà twettaq attivitajiet bħala UCITS, inklużi dawk ta’ UCITS alimentatriċi ta’ UCITS prinċipali differenti, għandha tipprovdi lit-titolari ta’ unità kollha tagħha bit-tagħrif li ġej:

(a) 

dikjarazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi appruvaw l-investiment tal-UCITS alimentatriċi f’unitajiet ta’ dik l-UCITS prinċipali;

(b) 

it-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78 rigward il-UCITS alimentatriċi u dik prinċipali;

(c) 

id-data li fiha l-UCITS alimentatriċi tibda tinvesti fil-UCITS prinċipali jew, jekk tkun diġà investiet fiha, id-data meta l-investiment ikun se jaqbeż il-limitu applikabbli skont l-Artikolu 55(1);

(d) 

dikjarazzjoni li t-titolari ta’ unità għandhom id-dritt li jitolbu, fi żmien 30 ġurnata, ix-xiri mill-ġdid jew il-fidwa tal-unitajiet tagħhom mingħajr ħlas ulterjuri minbarra dak li jkun sar lill-fond biex jiġu koperti spejjeż ta’ diżinvestiment; dan id-dritt jidħol fis-seħħ malli l-UCITS alimentatriċi tkun ipprovdiet it-tagħrif imsemmi f’dan il-paragrafu.

Dan it-tagħrif għandu jingħata sa mill-inqas 30 jum qabel id-data msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 64 2.
Fil-każ li il-UCITS alimentatriċi tkun ġiet infurmata skont l-Artikolu 93, it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi, jew f’lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu. Il-UCITS alimentatriċi għandha tkun responsabbli li jipprovdu traduzzjoni. Dik it-traduzzjoni, għandha tirrefletti fedelment il-kontenut oriġinali.
Artikolu 64 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UCITS alimentatriċi ma tinvestix fl-unitajiet tal-UCITS prinċipali determinata lil hinn mil-limitu applikabbli taħt l-Artikolu 55(1) qabel ma jkun skada l-perjodu ta’ 30 jum imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.
Artikolu 64 4.

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati ►M4  skont l-Artikolu 112a ◄ , tadotta miżuri li jispeċifikaw:

(a) 

il-format u l-mod kif għandu jiġi pprovdut it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1; jew

(b) 

fil-kaz li l-UCITS alimentatriċi tittrasferixxi l-assi kollha tagħha, jew parti minnhom, lill-UCITS principali bi skambju ma’ unitajiet, il-proċedura għall-valutazzjoni u l-verifika ta’ tali kontribut in natura u r-rwol tad-depozitarju tal-UCITS alimentatriċi f’dak il-process.

Artikolu 64 5.

Sabiex tiżgura l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni fl-informazzjoni mogħtija f’dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekiniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni fir-rigward tal-format u l-mod li bih l-informazzjoni tiġi provduta u l-proċedura msemmija fil-paragrafu 4.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.