Sabiex tiżgura l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni fl-informazzjoni mogħtija f’dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekiniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni fir-rigward tal-format u l-mod li bih l-informazzjoni tiġi provduta u l-proċedura msemmija fil-paragrafu 4.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.