+Artikolu 69
---+Artikolu 69 1.
---+Artikolu 69 2.
---+Artikolu 69 3.
---+Artikolu 69 4.
---+Artikolu 69 5.
---+Artikolu 69 6.
|
Artikolu 69
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 69 1.
|
Il-prospett għandu jinkludi l-informazzjoni neċessarja biex l-investituri jkunu jistgħu jagħmlu ġudizzju infurmat tal-investiment propost lilhom, u, b’mod partikolari, tar-riskji annessi magħhom.
Il-prospett għandu jinkludi, indipendentement mill-istrumenti li hemm investiment fihom, spjegazzjoni ċara u li tinftiehem faċilment tal-profil ta’ riskju tal-fondi.
Il-prospett għandu jinkludi jew:
(a)
id-dettalji tal-politika ta’ remunerazzjoni aġġornata, inklużi imma mhux limitati għal, deskrizzjoni ta’ kif inhuma kkalkolati r-remunerazzjoni u l-benefiċċji, l-identitajiet tal-persuni responsabbli għall-għoti tar-remunerazzjoni u l-benefiċċji inkluż il-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ remunerazzjoni, fejn jeżisti tali kumitat; jew
(b)
sommarju tal-politika ta’ remunerazzjoni u dikjarazzjoni li tgħid li d-dettalji tal-politika ta’ remunerazzjoni aġġornata, inklużi imma mhux limitati għal, deskrizzjoni ta’ kif inhuma kkalkolati r-remunerazzjoni u l-benefiċċji, l-identitàtal-persuni responsabbli għall-għoti tar-remunerazzjoni u l-benefiċċji, inkluż il-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ remunerazzjoni fejn jeżisti tali kumitat, huma disponibbli permezz ta’ sit elettroniku inkluż referenza għal dak is-sit elettroniku u li, fuq talba, ser issir disponibbli kopja stampata bla ħlas.
|
|
Artikolu 69 2.
|
Il-prospett għandu jkollu mill-inqas l-informazzjoni prevista fl-Iskeda A tal-Anness I, safejn dik l-informazzjoni ma tidhirx diġà fir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni annessi mal-prospectus skont l-Artikolu 71(1).
|
|
Artikolu 69 3.
|
Ir-rapport annwali għandu jinkludi karta tal-bilanċ jew dikjarazzjoni ta’ assi u responsabbiltajiet, rendikont dettaljat tad-dħul u l-infiq għas-sena finanzjarja, rapport dwar l-attivitajiet tas-sena finanzjarja u informazzjoni oħra prevista fl-Iskeda B tal-Anness I, kif ukoll kull informazzjoni sinifikanti li tippermetti lill-investituri jagħmlu ġudizzju infurmat dwar l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-UCITS u r-riżultati tagħha. Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll:
(a)
l-ammont totali ta’ remunerazzjoni għas-sena finanzjarja, maqsum f’remunerazzjoni fissa u varjabbli mħallsa mill-kumpanija tal-maniġment u mill-kumpanija ta’ investiment lill-persunal tagħha, u l-għadd ta’ benefiċjarji, u fejn rilevanti, kwalunkwe ammont imħallas direttament mill-UCITS stess, inkluż kwalunkwe onorarju tal-prestazzjoni;
(b)
l-ammont aggregat ta’ remunerazzjoni maqsum skont il-kategoriji ta’ impjegati jew membri oħra tal-persunal kif imsemmi fl-Artikolu 14a(3);
(c)
deskrizzjoni ta’ kif ġew ikkalkolati r-remunerazzjoni u l-benefiċċji;
(d)
eżiti ta’ reviżjonijiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 14b(1) inkluż kwalunkwe irregolarità li seħħet;
(e)
bidliet materjali għall-politika ta’ remunerazzjoni adottata.
|
|
Artikolu 69 4.
|
Ir-rapport ta’ nofs is-sena għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni prevista fit-Taqsimiet I sa IV tal-Iskeda B tal-Anness I. Fejn UCITS tkun ħallset jew tipproponi li tħallas dividend interim, il-figuri għandhom jindikaw ir-riżultati wara t-taxxa għas-sitt xhur ikkonċernati u d-dividend interim imħallas jew propost.
|
|
Artikolu 69 5.
|
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati d-dispożizzjonijiet rigward il-kontenut tal-prospeċtus, ir-rapport annwali u r-rapport ta’ nofs is-sena kif stabbilit fl-Anness I, u l-format ta’ dawn id-dokumenti.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 69 6.
|
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli relatati mal-isem tal-UCITS, l-AETS għandha sas-16 ta’ April 2026 tiżviluppa linji gwida biex tispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom l-isem ta’ UCITS ikun inġust, mhux ċar jew qarrieqi. Dawk il-linji gwida għandhom iqisu l-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti. Il-leġiżlazzjoni settorjali li tistabbilixxi standards għall-ismijiet tal-fondi jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi tieħu preċedenza fuq dawk il-linji gwida.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|