|
+Artikolu 69 3. |
Artikolu 69 3.Ir-rapport annwali għandu jinkludi karta tal-bilanċ jew dikjarazzjoni ta’ assi u responsabbiltajiet, rendikont dettaljat tad-dħul u l-infiq għas-sena finanzjarja, rapport dwar l-attivitajiet tas-sena finanzjarja u informazzjoni oħra prevista fl-Iskeda B tal-Anness I, kif ukoll kull informazzjoni sinifikanti li tippermetti lill-investituri jagħmlu ġudizzju infurmat dwar l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-UCITS u r-riżultati tagħha. Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll:
(a)
l-ammont totali ta’ remunerazzjoni għas-sena finanzjarja, maqsum f’remunerazzjoni fissa u varjabbli mħallsa mill-kumpanija tal-maniġment u mill-kumpanija ta’ investiment lill-persunal tagħha, u l-għadd ta’ benefiċjarji, u fejn rilevanti, kwalunkwe ammont imħallas direttament mill-UCITS stess, inkluż kwalunkwe onorarju tal-prestazzjoni;
(b)
l-ammont aggregat ta’ remunerazzjoni maqsum skont il-kategoriji ta’ impjegati jew membri oħra tal-persunal kif imsemmi fl-Artikolu 14a(3);
(c)
deskrizzjoni ta’ kif ġew ikkalkolati r-remunerazzjoni u l-benefiċċji;
(d)
eżiti ta’ reviżjonijiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 14b(1) inkluż kwalunkwe irregolarità li seħħet;
(e)
bidliet materjali għall-politika ta’ remunerazzjoni adottata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|