Jekk UCITS tipproponi li tqiegħed fis-suq l-unitajiet tagħha fi Stat Membru differenti mill-Istat ta’ domiċilju tagħha, għandha l-ewwel tibgħat ittra ta’ notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.
L-ittra ta’ notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet tal-UCITS fl-Istat Membru ospitanti, inkluż, fejn relevanti, fir-rigward tal-klassijiet tal-ishma. Fil-kuntest tal-Artikolu 16(1), għandha tinkludi indikazzjoni li l- -UCITS hija kummerċjalizzata mill-kumanija tal-maniġment li tiġġestixxi l-UCITS.
L-ittra ta' notifika għandha tinkludi wkoll id-dettalji neċessarji, inkluż l-indirizz, għall-fatturazzjoni jew għall-komunikazzjoni ta' kwalunkwe tariffa jew ħlas regolatorji applikabbli mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u informazzjoni dwar il-faċilitajiet għat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 92(1).