+Artikolu 93
---+Artikolu 93 1.
---+Artikolu 93 2.
---+Artikolu 93 3.
---+Artikolu 93 4.
---+Artikolu 93 5.
---+Artikolu 93 6.
---+Artikolu 93 7.
---+Artikolu 93 8.

Artikolu 93

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 93 1.

Jekk UCITS tipproponi li tqiegħed fis-suq l-unitajiet tagħha fi Stat Membru differenti mill-Istat ta’ domiċilju tagħha, għandha l-ewwel tibgħat ittra ta’ notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.

L-ittra ta’ notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet tal-UCITS fl-Istat Membru ospitanti, inkluż, fejn relevanti, fir-rigward tal-klassijiet tal-ishma. Fil-kuntest tal-Artikolu 16(1), għandha tinkludi indikazzjoni li l- -UCITS hija kummerċjalizzata mill-kumanija tal-maniġment li tiġġestixxi l-UCITS.

L-ittra ta' notifika għandha tinkludi wkoll id-dettalji neċessarji, inkluż l-indirizz, għall-fatturazzjoni jew għall-komunikazzjoni ta' kwalunkwe tariffa jew ħlas regolatorji applikabbli mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u informazzjoni dwar il-faċilitajiet għat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 92(1).

Artikolu 93 2.

L-UCITS għandha tinkludi mal-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 1 l-aħħar verżjoni ta’ dawn li ġejjin:

(a) 

ir-regoli dwar il-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha, il-prospetti tagħha u, fejn xieraq, ir-rapport annwali tagħha l-iktar riċenti u kull rapport ta’ kull sitt xhur sussegwenti tradott skont id-dispożizzjonijiet tal-punti (c) u (d) tal-Artikolu 94(1); u

(b) 

it-tagħrif ewlieni tiegħu għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78, tradott skont il-punti (b) u (d) l-Artikolu 94(1).

Artikolu 93 3.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jivverifikaw jekk id-dokumentazzjoni mressqa mill-UCITS skont il-paragrafi 1 u 2 hijiex kompluta.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jibagħtu d-dokumentazzjoni kompluta msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-UCITS tipproponi li tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha, sa mhux aktar tard minn 10 ġranet tax-xogħol mid-data tal-wasla tal-ittra ta’ notifika akkumpanjata mid-dokumentazzjoni kompluta stipulata fil-paragrafu 2. Għandhom jinkludu flimkien mad-dokumentazzjoni attestazzjoni li l-UCITS tissodisfa il-kundizzjonijiet stipulati b’din id-Direttiva.

Kif jibagħtu d-dokumentazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jinnotifikaw minnufih lill-UCITS dwar dan. Il-UCITS tista’ tidħol fis-suq tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS mid-data ta’ dik in-notifika.

Artikolu 93 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll l-attestazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, huma pprovduti f’lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, sakemm l-Istat Membru ta’ domiċilju u dak ospitanti tal-UCITS jaqblu li l-ittra ta’ notifika u l-attestazzjoni jitressqu f’lingwa uffiċjali taż-żewġ Stati Membri.
Artikolu 93 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni elettronika u l-arkivjar tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 huma aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 93 6.
Għall-finijiet tal-proċedura ta’ notifika stipulata f’dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih UCITS tipproponi li tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha ma għandhomx jitolbu dokumenti, ċertifikati jew informazzjoni addizzjonali għajr dawk provduti f’dan l-Artikolu.
Artikolu 93 7.
L-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS ikollhom aċċess, b’mod elettroniku, għad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2, u fejn xieraq, għal kwalunkwe traduzzjoni tagħhom. Hu għandu jiżgura li l-UCITS iżżomm dawk id-dokumenti u traduzzjonijiet aġġornati. Il-UCITS għandha tinnotifika dwar kwalunkwe emenda għad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS u għandha tindika fejn dawk id-dokumenti jistgħu jinkisbu b’mezz elettroniku.
Artikolu 93 8.
Fl-eventwalità ta' tibdil fl-informazzjoni fl-ittra ta' notifika sottomessa skont il-paragrafu 1, jew tibdil li jirrigwarda l-klassijiet tal-ishma li jkunu se jiġu kummerċjalizzati, il-UCITS għandha tagħti notifika bil-miktub ta' dan lill-awtoritajiet kompetenti kemm tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS kif ukoll lill-Istat Membru ospitanti tal-UCITS mill-inqas xahar qabel ma timplimenta tali tibdil.

Meta, skont tibdil kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-UCITS ma tibqax konformi ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jinformaw lill-UCITS fi żmien 15-il jum ta' xogħol minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu li hi ma għandhiex timplimenta dak it-tibdil. F'dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS kif xieraq.

Meta tibdil imsemmi fl-ewwel subparagrafu jiġi implimentat wara li tkun ġiet trasmessa informazzjonif'konformità mat-tieni subparagrafu u skont dan it-tibdil il-UCITS ma tibqax konformi ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha f'konformità mal-Artikolu 98, li jinkludu, fejn meħtieġ, il-projbizzjoni espliċita tal-kummerċjalizzazzjoni tal-UCITS u għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS mingħajr dewmien żejjed tal-miżuri meħuda.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.