+Artikolu 99
---+Artikolu 99 1.
---+Artikolu 99 2.
---+Artikolu 99 3.
---+Artikolu 99 4.
---+Artikolu 99 5.
---+Artikolu 99 6.
---+Artikolu 99 7.

Artikolu 99

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 99 1.
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 98 u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li għandhom jiġu imposti fuq kumpaniji u persuni fir-rigward ta’ ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati.

Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi għal ksur li huwa soġġett għal-liġi kriminali nazzjonali, huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi kriminali.

Is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Sat-18 ta’ Marzu 2016, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu dan l-Artikolu, inkluża kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tal-liġi kriminali, lill-Kummissjoni u lill-ESMA. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA mingħajr dewmien bla bżonn bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

Artikolu 99 2.
Fejn l-Istati Membri jkunu għażlu, f’konformità mal-paragrafu 1, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dak il-paragrafu, huma għandhom jiżguraw li l-miżuri adatti jkunu fis-seħħ sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jikkoordinaw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata mal-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti kriminali għal ksur possibbli ta’ din id-Direttiva u jipprovdu l-istess lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ESMA biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-ESMA għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra fir-rigward tal-faċilitazzjoni tal-irkupru ta’ sanzjonijiet pekunjarji.

Artikolu 99 3.
Bħala parti mir-rieżami ġenerali tagħha tal-funzjonament ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami, mhux aktar tard mit-18 ta’ Settembru 2017, tal-applikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali, u b’mod partikolari tal-ħtieġa għal aktar armonizzazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi stipulati għall-ksur tar-rekwiżiti stipulati f’ din id-Direttiva.
Artikolu 99 4.

Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni jew talba għall-kooperazzjoni f’investigazzjoni fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin biss, jiġifieri fejn:

(a) 

komunikazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti tista’ taffettwa b’mod negattiv is-sigurtà tal-Istat Membru indirizzat, b’mod partikolari l-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati serji oħrajn;

(b) 

il-konformità mat-talba x’aktarx li taffettwa b’mod negattiv l-investigazzjoni, attivitajiet ta’ infurzar jew, fejn applikabbli, investigazzjoni kriminali tagħha stess;

(c) 

ikunu diġà nbdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat; jew

(d) 

tkun diġà ngħatat sentenza finali fir-rigward ta’ tali persuni għall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru indirizzat.

Artikolu 99 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-obbligi japplikaw għall-UCITS, il-kumpaniji tal-maniġment, il-kumpaniji tal-investiment jew id-depożitarji, fil-każ ta’ ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, il-penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħrajn jistgħu jiġu applikati, f’konformità mal-liġi nazzjonali, għall-membri tal-korp tal-maniġment u għal persuni fiżiċi oħrajn li skont il-liġi nazzjonali jkunu responsabbli għall-ksur.
Artikolu 99 6.

F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1, il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn li jistgħu jiġu applikati tal-inqas jinkludu dan li ġej:

(a) 

dikjarazzjoni pubblika li tidentifika l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur;

(b) 

ordni li jitlob lill-persuna responsabbli twaqqaf l-imġiba u li ma tirrepetix dik l-imġiba;

(c) 

fil-każ ta’ UCITS jew ta’ kumpanija tal-maniġment, is-sospensjoni jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-UCITS jew tal-kumpanija tal-maniġment;

(d) 

projbizzjoni temporanja jew, għal ksur serju ripetut, projbizzjoni permanenti kontra membru tal-korp tal-maniġment tal-kumpanija tal-maniġment jew tal-kumpanija tal-investiment jew kontra kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli, milli teżerċita funzjonijiet tal-maniġment f’dawk il-kumpaniji jew f’kumpaniji oħra bħal dawn;

(e) 

fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi ta’ EUR 5 000 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fis-17 ta’ Settembru 2014 jew 10 % tal-fatturat annwali totali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment; meta l-persuna ġuridika tkun impriża ewlenija jew sussidjarja ta’ impriża ewlenija li jkollha tipprepara kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 28 ), il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ dħul skont il-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabilità rilevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment tal-aħħar impriża ewlenija;

(f) 

fil-każ ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi tal-inqas ta’ EUR 5 000 000 , jew fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fis-17 ta’ Settembru 2014;

(g) 

bħala alternattiva għall-punti (e) u (f), sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi tal-inqas sad-doppju tal-ammont tal-benefiċċju meħud mill-ksur fejn dak il-benefiċċju jista’ jiġi determinat, anke jekk jaqbeż l-ammonti massimi fil-punti (e) u (f).

Artikolu 99 7.
L-Istati Membri jistgħu jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti, skont il-liġi nazzjonali, biex jimponu tipi ta’ piena ma’ dawk imsemmija fil-paragrafu 6 jew biex jimponu penali pekunjarji li jaqbżu l-ammonti msemmija fil-punti (e), (f) u (g) tal-paragrafu 6.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.