|
+Artikolu 99 6. |
Artikolu 99 6.F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1, il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn li jistgħu jiġu applikati tal-inqas jinkludu dan li ġej:
(a)
dikjarazzjoni pubblika li tidentifika l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur;
(b)
ordni li jitlob lill-persuna responsabbli twaqqaf l-imġiba u li ma tirrepetix dik l-imġiba;
(c)
fil-każ ta’ UCITS jew ta’ kumpanija tal-maniġment, is-sospensjoni jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-UCITS jew tal-kumpanija tal-maniġment;
(d)
projbizzjoni temporanja jew, għal ksur serju ripetut, projbizzjoni permanenti kontra membru tal-korp tal-maniġment tal-kumpanija tal-maniġment jew tal-kumpanija tal-investiment jew kontra kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli, milli teżerċita funzjonijiet tal-maniġment f’dawk il-kumpaniji jew f’kumpaniji oħra bħal dawn;
(e)
fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi ta’ EUR 5 000 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fis-17 ta’ Settembru 2014 jew 10 % tal-fatturat annwali totali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment; meta l-persuna ġuridika tkun impriża ewlenija jew sussidjarja ta’ impriża ewlenija li jkollha tipprepara kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 28 ), il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ dħul skont il-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabilità rilevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment tal-aħħar impriża ewlenija;
(f)
fil-każ ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi tal-inqas ta’ EUR 5 000 000 , jew fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fis-17 ta’ Settembru 2014;
(g)
bħala alternattiva għall-punti (e) u (f), sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi tal-inqas sad-doppju tal-ammont tal-benefiċċju meħud mill-ksur fejn dak il-benefiċċju jista’ jiġi determinat, anke jekk jaqbeż l-ammonti massimi fil-punti (e) u (f). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|