+Artikolu 99c
---+Artikolu 99c 1.
---+Artikolu 99c 2.

Artikolu 99c

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 99c 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġu determinati t-tip ta’ penali jew miżuri amministrattivi u l-livell ta’ penali pekunjarji amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li dawn ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn ikun il-każ:

(a) 

il-gravità tal-ksur u kemm dam sejjer;

(b) 

il-livell ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;

(c) 

is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat, pereżempju, mill-fatturat totali tagħha fil-każ ta’ persuna ġuridika jew id-dħul annwali fil-każ ta’ persuna fiżika;

(d) 

l-importanza tal-profitti miksuba jew telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur, il-ħsara kkawżata lil persuni oħra u, fejn applikabbli, il-ħsara għall-funzjonament tas-swieq jew għall-ekonomija inġenerali, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e) 

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti;

(f) 

ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;

(g) 

il-miżuri li ttieħdu wara l-ksur mill-persuna responsabbli għall-ksur biex jiġi evitat li jiġi ripetut.

Artikolu 99c 2.
Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu penali taħt l-Artikolu 99, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li s-setgħat superviżorji u investigattivi u penali amministrattivi jipproduċu r-riżultati mmirati minn din id-Direttiva. Huma għandhom jikkoordinaw ukoll l-azzjonijiet tagħhom sabiex jevitaw il-possibbiltà ta’ duplikazzjoni u sovrapożizzjoni meta japplikaw is-setgħat superviżorji u investigattivi u l-penali u l-miżuri amministrattivi f’każijiet transkonfinali f’konformità mal-Artikolu 101.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.