|
+Artikolu 99c 1. |
Artikolu 99c 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġu determinati t-tip ta’ penali jew miżuri amministrattivi u l-livell ta’ penali pekunjarji amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li dawn ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn ikun il-każ:
(a)
il-gravità tal-ksur u kemm dam sejjer;
(b)
il-livell ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;
(c)
is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat, pereżempju, mill-fatturat totali tagħha fil-każ ta’ persuna ġuridika jew id-dħul annwali fil-każ ta’ persuna fiżika;
(d)
l-importanza tal-profitti miksuba jew telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur, il-ħsara kkawżata lil persuni oħra u, fejn applikabbli, il-ħsara għall-funzjonament tas-swieq jew għall-ekonomija inġenerali, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;
(e)
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti;
(f)
ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;
(g)
il-miżuri li ttieħdu wara l-ksur mill-persuna responsabbli għall-ksur biex jiġi evitat li jiġi ripetut. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|