+Artikolu 99d
---+Artikolu 99d 1.
---+Artikolu 99d 2.
---+Artikolu 99d 3.
---+Artikolu 99d 4.
---+Artikolu 99d 5.

Artikolu 99d

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 99d 1.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi u affidabbli biex jiġi mħeġġeġ ir-rappurtar ta’ ksur potenzjali jew attwali tad- dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva lill-awtoritajiet kompetenti, inklużi mezzi sikuri ta’ komunikazzjoni għar-rappurtar ta’ tali ksur.
Artikolu 99d 2.

Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu tal-inqas:

(a) 

proċeduri speċifiċi għar-riċevuta ta’ rapporti dwar ksur u għas-segwitu tagħhom;

(b) 

protezzjoni adatta għall-impjegati ta’ kumpaniji tal-investiment, kumpaniji tal-maniġment u depożitarji li jirrapportaw ksur li jseħħ fi ħdan dawk l-entitajiet, għall-inqas kontra ritaljazzjoni, diskriminazzjoni u tipi oħrajn ta’ trattament inġust;

(c) 

protezzjoni tad-data personali li tirrigwarda kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna fiżika li allegatement tkun responsabbli għall-ksur, f’konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 29 );

(d) 

regoli ċari li jiżguraw li l-kunfidenzjalità tiġi ggarantita fil-każijiet kollha fir-rigward tal-persuna li tirrapporta ksur, sakemm l-iżvelar ma jkunx meħtieġ mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet ulterjuri jew proċedimenti ġudizzjarji sussegwenti.

Artikolu 99d 3.
L-ESMA għandha tipprovdi mezz sikur ta’ komunikazzjoni jew aktar għar-rappurtar ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. L-ESMA għandha tiżgura li dawk il-mezzi ta’ komunikazzjoni jkunu konformi mal-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2.
Artikolu 99d 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappurtar minn impjegati ta’ kumpaniji tal-investiment, kumpaniji tal-maniġment u d-depożitarji msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ma għandux jitqies li hu ksur ta’ kwalunkwe restrizzjoni fuq l-iżvelar ta’ informazzjoni imposta b’kuntratt jew bi kwalunkwe liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva, u ma għandux jissuġġetta lill-persuna li tagħmel ir-rappurtar għal xi responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip relatat ma’ tali rappurtar.
Artikolu 99d 5.
L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-kumpaniji tal-maniġment, il-kumpaniji tal-investiment u d-depożitarji jkollhom fis-seħħ proċeduri adatti għall-impjegati tagħhom sabiex jirrapportaw ksur internament b’mezz speċifiku, indipendenti u awtonomu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.