►M12
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, kif ukoll mal-AETS u mal-BERS, kull meta huwa meħtieġsabiex jeżegwixxu dmirijiethom skont din id-Direttiva jew jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont din id-Direttiva jew skont il-liġi nazzjonali. ◄
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi u organizzattivi meħtieġa sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-setgħat tagħhom għall-finijiet tal-kooperazzjoni, saħansitra fil-każijiet fejn il-kondotta taħt investigazzjoni ma tikkostitwixxi l-ksur tal-ebda regolament fis-seħħ fl-Istat Membru tagħhom.