+Artikolu 101
---+Artikolu 101 1.
---+Artikolu 101 2.
---+Artikolu 101 2a.
---+Artikolu 101 3.
---+Artikolu 101 4.
---+Artikolu 101 5.
---+Artikolu 101 6.
---+Artikolu 101 7.
---+Artikolu 101 8.
---+Artikolu 101 9.

Artikolu 101

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 101 1.

►M12  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, kif ukoll mal-AETS u mal-BERS, kull meta huwa meħtieġsabiex jeżegwixxu dmirijiethom skont din id-Direttiva jew jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont din id-Direttiva jew skont il-liġi nazzjonali. ◄

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi u organizzattivi meħtieġa sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-setgħat tagħhom għall-finijiet tal-kooperazzjoni, saħansitra fil-każijiet fejn il-kondotta taħt investigazzjoni ma tikkostitwixxi l-ksur tal-ebda regolament fis-seħħ fl-Istat Membru tagħhom.

Artikolu 101 2.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipprovdu minnufih lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijiethom skont din id-Direttiva.
Artikolu 101 2a.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu mingħajr dewmien lill-AETS bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq dmirijietha, f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 101 3.
Meta awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jkollha raġunijiet tajba li tissuspetta li jkunu qegħdin jitwettqu jew twettqu atti kontra d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, li jitwettqu jew ikunu twettqu minn entitajiet mhux suġġetti għas-superviżjoni ta’ dik l-awtorità kompetenti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, hi għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor b’mod speċifiku kemm jista’ jkun. L-awtoritajiet riċeventi għandhom jieħdu azzjoni xierqa, jgħarrfu lill-awtorità kompetenti li tinnotifika bir-riżultat ta’ dik l-azzjoni u, safejn u sal-punt li jkun possibbli, bl-iżviluppi sinifikanti interim. Dan il-paragrafu għandu jkun bla ħsara għall-kompetenzi tal-awtorità kompetenti li tinnotifika.
Artikolu 101 4.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru wieħed jistgħu jitolbu l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor f’attività superviżorja, għal verifika fuq il-post, jew f’investigazzjoni fuq it-territorju ta’ dan tal-aħħar, fil-qafas tas-setgħat tagħhom skont din id-Direttiva. Fejn awtorità kompetenti tirċievi talba rigward verifika fuq il-post jew investigazzjoni, għandha:

(a) 

twettaq hija nnifisha l-verifika jew l-investigazzjoni;

(b) 

tippermetti lill-awtorità li tkun għamlet it-talba li twettaq il-verifika jew l-investigazzjoni; jew

(c) 

tippermetti lill-awdituri jew lill-esperti li jwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni.

Artikolu 101 5.

Jekk il-verifika jew l-investigazzjoni jsiru fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed mill-awtorità kompetenti tal-istess Stat Membru, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun talab għall-koperazzjoni, tista’ titlob li uffiċjali tagħha nnifisha jakkumpanjaw lill-uffiċjali li jkunu qed iwettqu il-verifika jew l-investigazzjoni. Madankollu, il-verifika jew l-investigazzjoni għandhom ikunu suġġetti għall-kontroll globali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu qegħdin jitwettqu.

Jekk il-verifika jew l-investigazzjoni jsiru fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu qegħdin jitwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni tista’ titlob li l-uffiċjali tagħha nnifisha jakkumpanjaw lill-uffiċjali li jkunu qed iwettaq il-verifika jew l-investigazzjoni.

Artikolu 101 6.

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu qegħdin jitwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni jistgħu jirrifjutaw li jiskambjaw informazzjoni kif previst fil-paragrafu 2 jew li jaġixxu fuq talba għall-kooperazzjoni fit-twettiq ta’ investigazzjoni jew verifika, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, biss fejn:

(a) 

tali investigazzjoni, verifika fuq il-post jew skambju ta’ informazzjoni jistgħu jolqtu ħażin is-sovranità, is-sigurtà jew il-politika pubblika ta’dak l-Istat Membru;

(b) 

ikunu diġà nbdew proċedimenti ġudizzjarji rigward l-istess persuni u l-istess azzjonijiet quddiem l-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru;

(c) 

tkun diġà nħarġet is-sentenza finali rigward l-istess persuni u l-istess azzjonijiet f’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 101 7.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu talbu l-kooperazzjoni rigward kull deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 6. Din in-notifika għandu jkun fiha informazzjoni rigward ir-raġunijiet tad-deċiżjoni tagħhom.
Artikolu 101 8.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill- AETS sitwazzjonijiet fejn talba:

(a) 

għal skambju ta’ informazzjoni kif previst fl-Artikolu 109 tkun ġiet irrifjutata jew ma’ tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli;

(b) 

għal skambju ta’ informazzjoni kif previst fl-Artikolu 110 tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli; jew

(c) 

għall-awtorizzazzjoni biex l-uffiċjali tagħha jakkumpanjaw lil dawk tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor tkun ġiet irrifjutata jew ma’ tkunx ittieħdet azzjoni fir-rigward tagħha fi żmien raġonevoli.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonażment tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-AETS tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat konferiti lilha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 1095/2010, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet ta’ rifjut ta’ att fuq rikjesta għal informazzjoni jew għal investigazzjoni prevista fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u l-abbilità tal-AETS li taġixxi skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament f’dawn il-każijiet.

Artikolu 101 9.

Bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 20a, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi proċeduri komuni għall-awtoritajiet kompetenti biex:

(a) 

jikkooperaw f’verifiki u investigazzjonijiet fuq il-post kif imsemmi fil-paragrafi 4 u 5; u

(b) 

jiddeterminaw il-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-ASE, il-BERS, u l-membri tas-SEBĊ, soġġett għad-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ din id-Direttiva.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.