Jekk il-verifika jew l-investigazzjoni jsiru fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed mill-awtorità kompetenti tal-istess Stat Membru, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun talab għall-koperazzjoni, tista’ titlob li uffiċjali tagħha nnifisha jakkumpanjaw lill-uffiċjali li jkunu qed iwettqu il-verifika jew l-investigazzjoni. Madankollu, il-verifika jew l-investigazzjoni għandhom ikunu suġġetti għall-kontroll globali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu qegħdin jitwettqu.
Jekk il-verifika jew l-investigazzjoni jsiru fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu qegħdin jitwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni tista’ titlob li l-uffiċjali tagħha nnifisha jakkumpanjaw lill-uffiċjali li jkunu qed iwettaq il-verifika jew l-investigazzjoni.