L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ koperazzjoni li jipprovdu għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jew ma’ awtoritajiet jew korpi ta’ pajjiżi terzi kif definiti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 103(1) biss jekk l-informazzjoni li tkun żvelata tkun suġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali mill-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija f’dan l-Artikolu. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun għall-finijiet tat-twettiq tad-doveri ta’ superviżjoni minn dawk l-awtoritajiet jew korpi.
Fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li dwarhom dawk l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.