+Artikolu 102
---+Artikolu 102 1.
---+Artikolu 102 2.
---+Artikolu 102 3.
---+Artikolu 102 4.
---+Artikolu 102 5.
|
Artikolu 102
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 102 1.
|
►M12
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li kienu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, huma marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali. Dak l-obbligu jfisser li l-ebda informazzjoni kunfidenzjali li dawk il-persuni jirċievu waqt it-twettiq ta’ dmirijiethom ma tista’ tkun żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità, ħlief f’għamla sommarja jew aggregata b’mod li UCITS, kumpaniji tal-maniġment u depożitarji (impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozju tal-UCITS) ma jkunux jistgħu jiġu identifikati individwalment, mingħajr preġudizzju għal każijiet koperti bil-liġi kriminali jew fiskali. ◄
Madankollu, meta UCITS jew impriża li tikkontribwixxi lejn l-attività tan-negozju tagħha tkun giet iddikjarata bħala falluta jew li tkun ġiet xolta ta’ bilfors, l-informazzjoni kunfidenzjali li ma tkunx tikkonċerna partijiet terzi involuti fi sforzi ta’ salvament tista’ tiġi żvelata fi proċedimenti ċivili jew kummerċjali.
|
|
Artikolu 102 2.
|
Il-paragrafu 1 m’għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri milli jiskambjaw informazzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva jew leġislazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-UCITS jew għal impriżi li jikkontribwixxu għall-attività tan-negozju tagħhom jew milli jittrasmettuha lill-AETS f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 jew lill-BERS. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafu 1.
▼B
L-awtoritajiet kompetenti li jiskambjaw it-tagħrif ma’ awtoritajiet kompetenti oħra skont din id-Direttiva jistgħu jindikaw mal-waqt tal-komunikazzjoni li dan it-tagħrif ma jridx jiġi żvelat mingħajr il-kunsens espress tagħhom, f’liema każ dan it-tagħrif jista jiġi skambjat biss għall-għanijiet li għalihom dawn l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.
▼M12
Il-paragrafu 1 u l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx jipprekludu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tat-taxxa li jinsabu fl-istess Stat Membru. Meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din għandha tiġi żvelata biss f’konformità mal-ewwel sentenza ta’ dan is-subparagrafu bil-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha.
▼B
|
|
Artikolu 102 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ koperazzjoni li jipprovdu għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jew ma’ awtoritajiet jew korpi ta’ pajjiżi terzi kif definiti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 103(1) biss jekk l-informazzjoni li tkun żvelata tkun suġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali mill-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija f’dan l-Artikolu. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun għall-finijiet tat-twettiq tad-doveri ta’ superviżjoni minn dawk l-awtoritajiet jew korpi.
Fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li dwarhom dawk l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.
|
|
Artikolu 102 4.
|
L-awtoritajiet kompententi li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont il-paragrafi 1 jew 2 jistgħu jużaw l-informazzjoni biss fit-twettiq ta’ dmirijiethom għall-finijiet ta’:
(a)
verifika li l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-bidu ta’ negozju ta’ UCITS jew ta’ impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozju tagħhom ikunu milħuqa, u biex jiffaċcilitaw il-monitoraġġ tat-twettiq ta’ dak in-negozju, tal-proċeduri amministrattivi u tal-kontijiet u tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern;
(c)
appelli amministrattivi kontra deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti; kif ukoll
(d)
proċeduri legali fi qrati mibdija skont l-Artikolu 107(2).
|
|
Artikolu 102 5.
|
Il-paragrafi 1 u 4 ma għandhomx ifixklu l-iskambju ta’ informazzjoni fi Stat Membru wieħed jew bejn Stati Membri, fejn dak l-iskambju għandu jsir bejn awtorita’ kompetenti, u:
(a)
awtoritajiet b’responsabbiltà pubblika għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-impriżi ta’ investiment, l-impriżi ta’ assigurazzjoni jew l-organizzazzjonijiet finanzjarji l-oħra jew l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;
(b)
korpi involuti fil-likwidazzjoni jew il-falliment ta’ UCITS jew impriżi li jikkontribwixxu għall-attività tan-negozju tagħhom jew entitajiet involuti f’ proċeduri simili;
(c)
persuni responsabbli għat-twettiq ta’ awditjar statutorju tal-kontijiet tal-impriżi ta’ assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-impriżi ta’ investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħra;
▼M1
(d)
l-AETS, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita mir-Regolament (UE) 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
30
), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
31
) u l-BERS.
▼B
B’mod partikulari, il-paragrafi 1 u 4 ma għandhom ifixklu t-twettiq mill-awtoritajiet kompetenti elenkati aktar ‘il fuq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni, jew fl-iżvelar lejn il-korpi li jamministraw skemi ta’ garanzija ta’ kumpens dwar l-informazzjoni meħtieġa biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom.
L-informazzjoni skambjata skont l-ewwel subparagrafu għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposti fil-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|