L-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ UCITS biss għandu jkollhom is-setgħa li jieħdu azzjoni kontra dik il-UCITS jekk tikser xi liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva jew xi regolament stabbilit fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment.
Madanakollu, l-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS għandhom jieħdu azzjoni kontra dik il-UCITS jekk tikser il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet ammistrattivi fis-seħħ f’ dak l-Istat Membru li jaqgħu barra mill-kamp t applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 92 u 94.