+Artikolu 108
---+Artikolu 108 1.
---+Artikolu 108 2.
---+Artikolu 108 3.
---+Artikolu 108 4.
---+Artikolu 108 5.
---+Artikolu 108 6.

Artikolu 108

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 108 1.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ UCITS biss għandu jkollhom is-setgħa li jieħdu azzjoni kontra dik il-UCITS jekk tikser xi liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva jew xi regolament stabbilit fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment.

Madanakollu, l-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS għandhom jieħdu azzjoni kontra dik il-UCITS jekk tikser il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet ammistrattivi fis-seħħ f’ dak l-Istat Membru li jaqgħu barra mill-kamp t applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 92 u 94.

Artikolu 108 2.
Kwalunkwe deċiżjoni għall-irtirar ta’ awtorizzazzjoni, jew xi miżura serja oħra meħuda kontra UCITS, jew kwalunkwe sospensjoni tal-ħruġ, xiri mill-ġdid jew fidwa tal-unitajiet tagħha imposti fuqha, għandhom jiġu kkomunikati mingħajr dewmien mill-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS lill-awtoritajiet tal-Istati Membri ospitanti tal-UCITS u, jekk il-kumpanija tal-maniġment ta’ UCITS tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment.
Artikolu 108 3.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment u dawk tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jistgħu, rispettivament, jieħdu azzjoni kontra l-kumpanija tal-maniġment jekk din tikser regoli taħt ir-responsabilità rispettiva tagħhom.
Artikolu 108 4.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS ikollhom raġunijiet ċari u dimostrabbli biex jemmnu li UCITS li l-unitajiet tagħha qegħdin jiġu kkummerċjalizzati fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru qiegħda tikser dawk l-obbligi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u li ma jikkonferixxux setgħat lill-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, għandhom jirriferu dawn is-sejbiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, li għandhom jieħdu l-miżuri xierqa.
Artikolu 108 5.

Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, jew minħabba li tali miżuri juru li m’humiex adegwati, jew minħabba li l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jonqos milli jieħu azzjoni fi żmien raġonevoli, l-UCITS tkompli taġixxi b’mod li huwa ċarament ta’ ħsara għall-interessi tal-investituri tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS jistgħu bħala konsegwenza jieħdu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a) 

wara li jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu lill-investituri, inkluża l-possibbiltà li jżommu l-UCITS ikkonċernata milli tkompli tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha fit-territorji tal-Istat Membru tal-UCITS; jew

▼M1

(b) 

jekk ikun meħtieġ, il-kwistjoni tiġi riferuta lill-AETS, li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat konferiti lilha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 1095/2010.

Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu infurmati mingħajr ebda dewmien dwar kwalunkwe miżura meħuda skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

▼B

Artikolu 108 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi fit-territorji tagħhom huwa legalment possibli li jiġu notifikati d-dokumenti legali meħtieġa għall-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Istat Membri ospitanti tal-UCITS fir-rigward ta’ UCITS skont il-paragrafi 2 sa 5.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.