|
+Artikolu 108 5. |
Artikolu 108 5.Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, jew minħabba li tali miżuri juru li m’humiex adegwati, jew minħabba li l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jonqos milli jieħu azzjoni fi żmien raġonevoli, l-UCITS tkompli taġixxi b’mod li huwa ċarament ta’ ħsara għall-interessi tal-investituri tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS jistgħu bħala konsegwenza jieħdu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
(a)
wara li jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu lill-investituri, inkluża l-possibbiltà li jżommu l-UCITS ikkonċernata milli tkompli tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha fit-territorji tal-Istat Membru tal-UCITS; jew
(b)
jekk ikun meħtieġ, il-kwistjoni tiġi riferuta lill-AETS, li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat konferiti lilha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 1095/2010. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu infurmati mingħajr ebda dewmien dwar kwalunkwe miżura meħuda skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|