Fejn, permezz tal-provvista ta’ servizzi jew bl-istabbiliment ta’ fergħat, kumpanija tal-maniġment topera fi Stat Membru ospitanti wieħed jew iktar tal-kumpanija tal-maniġment, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha kkonċernati għandhom jikkollaboraw mill-qrib.
Għandhom ifornu lil xulxin fuq talba bl-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-maniġment u s-sjieda ta’ dawn il-kumpaniji tal-maniġment li x’aktarx tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom u kull informazzjoni li x’ aktarx tiffaċilita l-monitoraġġ ta’ dawn il-kumpaniji. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jikkoperaw sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti tal- kumpanija tal-maniġment jiġbru d-dettalji msemmija fl-Artikolu 21(2).