+Artikolu 109
---+Artikolu 109 1.
---+Artikolu 109 2.
---+Artikolu 109 3.
---+Artikolu 109 4.

Artikolu 109

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 109 1.

Fejn, permezz tal-provvista ta’ servizzi jew bl-istabbiliment ta’ fergħat, kumpanija tal-maniġment topera fi Stat Membru ospitanti wieħed jew iktar tal-kumpanija tal-maniġment, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha kkonċernati għandhom jikkollaboraw mill-qrib.

Għandhom ifornu lil xulxin fuq talba bl-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-maniġment u s-sjieda ta’ dawn il-kumpaniji tal-maniġment li x’aktarx tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom u kull informazzjoni li x’ aktarx tiffaċilita l-monitoraġġ ta’ dawn il-kumpaniji. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jikkoperaw sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti tal- kumpanija tal-maniġment jiġbru d-dettalji msemmija fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 109 2.
Safejn huwa neċessarju għall-finijiet tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ supervizjoni tal-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jinfurmati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment b’kull miżura meħuda mill-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment skont l-Artikolu 21(5) li tinvolvi miżuri jew penalitajiet imposti fuq kumpanija tal-maniġment jew restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet ta’ kumpanija tal-maniġment.
Artikolu 109 3.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jinnotifikaw, mingħajr dewmien, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS dwar kwalunkwe problema identifikata fil-livell ta’ kumpanija tal-maniġment u li tista’ taffettwa materjalment il-ħila tal-kumpanija tal-maniġment biex twettaq dmirijietha kif suppost fir-rigward tal-UCITS u dwar kwalunkwe ksur tar-rekwiżiti skont il-Kapitolu III.
Artikolu 109 4.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jinnotifikaw, mingħajr dewmien, lilll-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment dwar kwalunkwe problema identifikata fil-livell ta’ UCITS u li tista’ taffettwa materjalment il-ħila tal-kumpanija tal-maniġment biex twettaq dmirijietha kif suppost fir-rigward tal-UCITS jew biex twettaq ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li jaqggħu taħt ir-responabbilita’ tal-Istat membru ta’ domiċilju tal-UCITS.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.