|
+Artikolu 110a |
Artikolu 110aArtikolu 110a Sas-16 ta’ April 2029, u wara r-rapport prodott mill-AETS f’konformità mal-Artikolu 13(6), il-Kummissjoni għandha tibda rieżami tal-funzjonament tar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom. Dak ir-rieżami għandu jinkludi valutazzjoni tal-aspetti li ġejjin:
(a)
l-effettività tar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni fl-Artikoli 7 u 8 fir-rigward tar-reġim ta’ delega stabbilit fl-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni tal-ħolqien ta’ entitajiet kaxxa tal-ittri fl-Unjoni;
(b)
l-adegwatezza u l-impatt fuq il-protezzjoni tal-investituri tal-ħatra ta’ tal-anqas direttur mhux eżekuttiv jew indipendenti wieħed għall-korp tal-maniġment tal-kumpaniji tal-maniġment tal-UCITS jew kumpaniji ta’ investiment;
(c)
l-adegwatezza tar-rekwiżiti applikabbli għall-kumpaniji tal-maniġment li jimmaniġġaw UCITS fuq l-inizjattiva ta’ parti terza kif stabbilit fl-Artikolu 14(2a) u l-ħtieġa għal salvagwardji addizzjonali biex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti, u, b’mod partikolari, jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-kunflitti ta’ interess humiex effettivi u xierqa sabiex jidentifikaw, jimmaniġġaw, jimmonitorjaw u, fejn applikabbli, jiżvelaw kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mir-relazzjoni bejn il-kumpanija tal-maniġment u l-parti terza inizjatur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|