+Artikolu 9 L-investimenti eliġibbli
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.

Artikolu 9 L-investimenti eliġibbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.

B'konformità mal-għanijiet msemmija fl-Artikolu 1(2), ELTIF għandu jinvesti biss f'dawn il-kategoriji ta' assi u taħt il-kundizzjonijiet speċifikati f'dan ir-Regolament biss:

(a) 

assi ta' investiment eliġibbli;

(b) 

l-assi msemmija fl-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2009/65/KE.

Artikolu 9 2.

ELTIF m'għandu jagħmel l-ebda waħda minn dawn l-attivitajiet li ġejjin:

(a) 

il-bejgħ qasir ta' assi;

(b) 

jesponi ruħu b'mod dirett jew indirett għall-komoditajiet, anke permezz ta' strumenti finanzjarji derivati, ċertifikati li jirrappreżentawhom, indiċi bbażati fuqhom jew kwalunkwe mezz jew strument li jagħtihom esponiment;

(c) 

jidħol f'għoti b'self ta' titoli, f'teħid ta' self ta' titoli, fi tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid, jew fi kwalunkwe ftehim ieħor li jkollu effett ekonomiku ekwivalenti u jġib riskji simili, jekk b'hekk ikun affettwati aktar minn 10 % tal-assi tal-ELTIF;

(d) 

juża strumenti finanzjarji derivati, ħlief meta l-użu ta' tali strumenti jaqdi biss l-iskop li jiġu ħħeġġjati r-riskji inerenti għal investimenti oħrajn tal-ELTIF.

Artikolu 9 3.
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-AETS, wara li twettaq konsultazzjoni pubblika, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifika kriterji għall-istabbiliment taċ-ċirkustanzi li fihom l-użu ta' strumenti finanzjarji derivati jservu unikament l-iskop li jiħħeġġjaw ir-riskji inerenti għall-investimenti msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2.

L-AETS tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-9 ta' Settembru 2015.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.