|
+Artikolu 18 6. |
Artikolu 18 6.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom il-ħajja ta’ ELTIF titqies li hija kompatibbli maċ-ċikli tal-ħajja ta’ kull wieħed mill-assi individwali tal-ELTIF, kif imsemmi fil-paragrafu 3. L-ESMA għandha wkoll tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw dan li ġej:
(a)
il-kriterji biex jiġi ddeterminat il-perjodu minimu ta’ parteċipazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a);
(b)
l-informazzjoni minima li għandha tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti tal-ELTIF skont il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b);
(c)
ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-ELTIF fir-rigward tal-politika ta’ rimbors tiegħu u l-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità, imsemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c); u
(d)
il-kriterji għall-valutazzjoni tal-persentaġġ imsemmi fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, il-flussi tal-flus u l-obbligazzjonijiet mistennija tal-ELTIF. L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2024. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|