+Artikolu 18 Ir-rimbors tal-unitajiet jew l-ishma tal-ELTIFs
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.

Artikolu 18 Ir-rimbors tal-unitajiet jew l-ishma tal-ELTIFs

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.
L-investituri f’ELTIF ma għandhomx ikunu jistgħu jitolbu r-rimbors tal-unitajiet jew tal-ishma tagħhom qabel tmiem ħajjet l-ELTIF. Ir-rimbors lill-investituri għandu jkun possibbli mill-jum ta’ wara d-data ta’ tmiem ħajjet l-ELTIF.

Ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF għandhom jindikaw b’mod ċar data speċifika għal tmiem ħajjet l-ELTIF u jistgħu jipprevedu d-dritt ta’ estensjoni temporanja tal-ħajja tal-ELTIF u l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ tali dritt.

Ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF u l-iżvelar lill-investituri għandhom jistipulaw il-proċeduri għar-rimbors tal-unitajiet jew ishma u d-disponiment tal-assi, u jiddikjaraw b’mod ċar li r-rimbors lill-investituri għandu jkun possibbli mill-jum ta’ wara d-data ta’ tmiem ħajjet l-ELTIF.

Artikolu 18 2.

B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni ta’ ELTIF jistgħu jipprevedu l-possibbiltà ta’ rimbors matul il-ħajja tal-ELTIF, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

it-tifdijiet ma jingħatawx qabel it-tmiem ta’ perjodu minimu ta’ żamma jew qabel id-data speċifikata fl-Artikolu 17(1), il-punt (a);

(b) 

meta tingħata l-awtorizzazzjoni u tul il-ħajja tal-ELTIF, il-maniġer tal-ELTIF ikun jista’ juri lill-awtoritajiet kompetenti tal-ELTIF li l-ELTIF ikollu fis-seħħ politika xierqa ta’ rimbors u għodod ta’ ġestjoni tal-likwidità li jkunu kompatibbli mal-istrateġija ta’ investiment tal-ELTIF fuq terminu twil;

(c) 

il-politika ta’ rimbors tal-ELTIF tindika b’mod ċar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għat-tifdijiet;

(d) 

il-politika ta’ rimbors tal-ELTIF tiżgura li r-rimbors ikun limitat għal persentaġġ tal-assi tal-ELTIF msemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (b);

(e) 

il-politika ta’ rimbors tal-ELTIF tiżgura li l-investituri jiġu ttrattati b’mod ġust u r-rimbors jingħata fuq bażi pro rata jekk it-talbiet għar-rimbors jaqbeż il-persentaġġ imsemmi fil-punt (d) ta’ dan is-subparagrafu.

Il-kundizzjoni ta’ perjodu minimu ta’ żamma msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għal ELTIFs alimentaturi li jinvestu fl-ELTIFs prinċipali tagħhom.

Artikolu 18 3.
Il-ħajja ta’ ELTIF għandha tkun konsistenti man-natura fuq terminu twil tal-ELTIF u għandha tkun kompatibbli maċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kull wieħed mill-assi individwali tal-ELTIF, imkejla skont il-profil ta’ illikwidità u ċ-ċiklu tal-ħajja ekonomika tal-assi, u l-objettiv tal-investiment iddikjarat tal-ELTIF.
Artikolu 18 4.
L-investituri dejjem għandu jkollhom l-għażla li jitħallsu lura fi flus.
Artikolu 18 5.

Il-ħlas lura in natura mill-assi ta’ ELTIF għandu jkun possibbli biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF joffru dik il-possibbiltà, sakemm l-investituri kollha jiġu ttrattati b’mod ġust;

(b) 

l-investitur jitlob bil-miktub biex jitħallas lura permezz ta’ sehem mill-assi tal-ELTIF;

(c) 

l-ebda regola speċifika ma tirrestrinġi t-trasferiment ta’ dawn l-assi.

Artikolu 18 6.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom il-ħajja ta’ ELTIF titqies li hija kompatibbli maċ-ċikli tal-ħajja ta’ kull wieħed mill-assi individwali tal-ELTIF, kif imsemmi fil-paragrafu 3.

L-ESMA għandha wkoll tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw dan li ġej:

(a) 

il-kriterji biex jiġi ddeterminat il-perjodu minimu ta’ parteċipazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a);

(b) 

l-informazzjoni minima li għandha tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti tal-ELTIF skont il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b);

(c) 

ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-ELTIF fir-rigward tal-politika ta’ rimbors tiegħu u l-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità, imsemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c); u

(d) 

il-kriterji għall-valutazzjoni tal-persentaġġ imsemmi fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, il-flussi tal-flus u l-obbligazzjonijiet mistennija tal-ELTIF.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.