|
+Artikolu 23 3. |
Artikolu 23 3.Il-prospett għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:
(a)
dikjarazzjoni li tagħti r-raġunijiet kif l-għanijiet u l-istrateġija ta' investiment ta' ELTIF sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet jikkwalifikaw lill-Fond bħala ta' terminu twil fin-natura tiegħu;
(b)
l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata mill-impriżi ta’ investiment kollettiv tat-tip limitat skont ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );
(c)
l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata lill-investituri skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/61/UE, jekk ma tkunx diġà koperta taħt il-punt (b) ta' dan il-paragrafu;
(d)
indikazzjoni prominenti tal-kategoriji tal-assi li fihom l-ELTIF huwa awtorizzat li jinvesti;
(e)
indikazzjoni prominenti tal-ġurisdizzjonijiet li fihom l-ELTIF huwa awtorizzat li jinvesti;
(f)
kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala relevanti għall-iskopijiet tal-paragrafu 2. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|