+Artikolu 23 It-trasparenza
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 3a.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
|
Artikolu 23 It-trasparenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
L-unitajiet jew l-ishma ta' ELTIF ma għandhomx jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta' prospett. L-unitajiet jew l-ishma ta' ELTIF ma għandhomx jiġu kkummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsumatur fl-Unjoni qabel ma jiġi ppubblikat id-dokument bl-informazzjoni ewlenija skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014.
|
|
Artikolu 23 2.
|
Il-prospett għandu jinkludi l-informazzjoni neċessarja kollha biex l-investituri jkunu jistgħu jagħmlu valutazzjoni infurmata rigward l-investiment propost lilhom u, b'mod partikolari, tar-riskji li jinvolvi.
|
|
Artikolu 23 3.
|
Il-prospett għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:
(a)
dikjarazzjoni li tagħti r-raġunijiet kif l-għanijiet u l-istrateġija ta' investiment ta' ELTIF sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet jikkwalifikaw lill-Fond bħala ta' terminu twil fin-natura tiegħu;
▼M1
(b)
l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata mill-impriżi ta’ investiment kollettiv tat-tip limitat skont ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
);
▼B
(c)
l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata lill-investituri skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/61/UE, jekk ma tkunx diġà koperta taħt il-punt (b) ta' dan il-paragrafu;
(d)
indikazzjoni prominenti tal-kategoriji tal-assi li fihom l-ELTIF huwa awtorizzat li jinvesti;
(e)
indikazzjoni prominenti tal-ġurisdizzjonijiet li fihom l-ELTIF huwa awtorizzat li jinvesti;
(f)
kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala relevanti għall-iskopijiet tal-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 23 3a.
|
Il-prospett ta’ ELTIF alimentatur għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a)
dikjarazzjoni li l-ELTIF alimentatur huwa alimentatur ta’ ELTIF prinċipali u, bħala tali, jinvesti b’mod permanenti 85 % jew aktar mill-assi tiegħu f’unitajiet jew f’ishma ta’ dak l-ELTIF prinċipali;
(b)
l-objettiv u l-politika tal-investiment tal-ELTIF alimentatur, inklużi l-profil tar-riskju u jekk il-prestazzjoni tal-ELTIF alimentatur u tal-ELTIF prinċipali humiex identiċi, jew sa liema punt u għal liema raġunijiet huma differenti;
(c)
deskrizzjoni fil-qosor tal-ELTIF prinċipali, l-organizzazzjoni tiegħu, l-objettiv u l-politika tal-investiment tiegħu, inkluż il-profil tar-riskju, u indikazzjoni ta’ kif jista’ jinkiseb il-prospett tal-ELTIF prinċipali;
(d)
sommarju tal-ftehim konkluż bejn l-ELTIF alimentatur u l-ELTIF prinċipali jew tar-regoli interni dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29(6);
(e)
kif it-titolari tal-unitajiet jew it-titolari tal-ishma jistgħu jiksbu aktar informazzjoni dwar l-ELTIF prinċipali u l-ftehim konkluż bejn l-ELTIF alimentatur u l-ELTIF prinċipali msemmi fl-Artikolu 29(6);
(f)
deskrizzjoni tar-remunerazzjoni kollha jew tar-rimbors kollu tal-kostijiet li għandhom jitħallsu mill-ELTIF alimentatur bis-saħħa tal-investiment tiegħu f’unitajiet jew f’ishma tal-ELTIF prinċipali, kif ukoll tal-imposti aggregati tal-ELTIF alimentatur u tal-ELTIF prinċipali.
|
|
Artikolu 23 4.
|
Il-prospett u kwalunkwe dokument promozzjonali ieħor għandhom jinfurmaw b'mod prominenti lill-investituri dwar in-natura illikwida tal-ELTIF. B'mod partikolari, il-prospett u kwalunkwe dokument promozzjonali ieħor b'mod ċar:
(a)
jinforma lill-investituri dwar in-natura ta' terminu twil tal-investimenti tal-ELTIF;
(b)
jinforma lill-investituri dwar tmiem ħajjet l-ELTIF, kif ukoll l-għażla li jestendu l-ħajja tal-ELTIF, fejn din hija prevista, u l-kundizzjonijiet għal dan;
(c)
jiddikjara jekk hemmx il-ħsieb li l-ELTIF jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur;
(d)
jispjega d-drittijiet tal-investituri li jifdu l-investiment tagħhom skont l-Artikolu 18 u r-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-ELTIF;
(e)
jiddikjara l-frekwenza u l-iskeda ta' distribuzzjoni tar-rikavat, jekk ikun hemm, lill-investituri matul ħajjet l-ELTIF;
(f)
jagħti parir lill-investituri li proporzjon żgħir biss tal-portafoll ta' investiment globali tagħhom għandu jiġi investit f'ELTIF;
(g)
jiddeskrivi l-politika ta' ħħeġġjar tal-ELTIF, inkluża indikazzjoni prominenti li l-istrumenti finanzjarji derivati jistgħu jintużaw biss għall-iskop ta' riskji ta' ħħeġġjar inerenti għal investimenti oħra tal-ELTIF, u indikazzjoni tal-impatt possibbli tal-użu tal-istrumenti finanzjarji derivati fuq il-profil tar-riskju tal-ELTIF;
(h)
jinforma lill-investituri dwar ir-riskji relatati mal-investiment fl-assi reali, inkluża l-infrastruttura;
(i)
jinforma lill-investituri regolarment, tal-anqas darba fis-sena, dwar il-ġurisdizzjonijiet li l-ELTIF investa fihom.
|
|
Artikolu 23 5.
|
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2011/61/UE, ir-rapport annwali ta' ELTIF għandu jkun fih li ġej:
(a)
rendikont tal-flussi ta' flus;
(b)
informazzjoni dwar kull parteċipazzjoni fi strumenti li jinvolvu l-fondi baġitarji tal-Unjoni;
(c)
informazzjoni dwar il-valur tal-impriżi ta' portafoll li jikkwalifikaw individwali u l-valur ta' assi oħra li l-ELTIF investa fihom, inkluż il-valur tal-istrumenti finanzjarji derivati użati;
(d)
informazzjoni dwar il-ġurisdizzjonijiet li fihom jinsabu l-assi tal-ELTIF.
Meta l-ELTIF jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur, il-maniġer tal-ELTIF għandu jinkludi fir-rapport annwali tal-ELTIF alimentatur dikjarazzjoni dwar l-imposti aggregati tal-ELTIF alimentatur u l-ELTIF prinċipali. Ir-rapport annwali tal-ELTIF alimentatur għandu jindika kif jista’ jinkiseb r-rapport annwali tal-ELTIF prinċipali.
|
|
Artikolu 23 6.
|
Fuq it-talba ta' investitur fil-livell tal-konsumatur, il-maniġer tal-ELTIF għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali rigward il-limiti kwantitattivi li japplikaw għall-ġestjoni tar-riskji tal-ELTIF, il-metodi magħżula għal dak il-għan, u l-evoluzzjoni riċenti tar-riskji prinċipali u r-renditi ewlenin tal-kategoriji ta'assi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|