|
+Artikolu 23 3a. |
Artikolu 23 3a.Il-prospett ta’ ELTIF alimentatur għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a)
dikjarazzjoni li l-ELTIF alimentatur huwa alimentatur ta’ ELTIF prinċipali u, bħala tali, jinvesti b’mod permanenti 85 % jew aktar mill-assi tiegħu f’unitajiet jew f’ishma ta’ dak l-ELTIF prinċipali;
(b)
l-objettiv u l-politika tal-investiment tal-ELTIF alimentatur, inklużi l-profil tar-riskju u jekk il-prestazzjoni tal-ELTIF alimentatur u tal-ELTIF prinċipali humiex identiċi, jew sa liema punt u għal liema raġunijiet huma differenti;
(c)
deskrizzjoni fil-qosor tal-ELTIF prinċipali, l-organizzazzjoni tiegħu, l-objettiv u l-politika tal-investiment tiegħu, inkluż il-profil tar-riskju, u indikazzjoni ta’ kif jista’ jinkiseb il-prospett tal-ELTIF prinċipali;
(d)
sommarju tal-ftehim konkluż bejn l-ELTIF alimentatur u l-ELTIF prinċipali jew tar-regoli interni dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29(6);
(e)
kif it-titolari tal-unitajiet jew it-titolari tal-ishma jistgħu jiksbu aktar informazzjoni dwar l-ELTIF prinċipali u l-ftehim konkluż bejn l-ELTIF alimentatur u l-ELTIF prinċipali msemmi fl-Artikolu 29(6);
(f)
deskrizzjoni tar-remunerazzjoni kollha jew tar-rimbors kollu tal-kostijiet li għandhom jitħallsu mill-ELTIF alimentatur bis-saħħa tal-investiment tiegħu f’unitajiet jew f’ishma tal-ELTIF prinċipali, kif ukoll tal-imposti aggregati tal-ELTIF alimentatur u tal-ELTIF prinċipali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|