+Artikolu 25 L-iżvelar tal-ispejjeż
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
|
Artikolu 25 L-iżvelar tal-ispejjeż
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
Il-prospett għandu jinforma b'mod prominenti lill-investituri dwar il-livell tal-ispejjeż differenti direttament jew indirettament akkarigu tal-investituri. L-ispejjeż differenti għandhom jiġu miġbura skont l-intestaturi li ġejjin:
(a)
l-ispejjeż tal-istabbiliment tal-ELTIF;
(b)
spejjeż relatati mal-akkwist tal-assi;
(c)
it-tariffi tal-immaniġġjar u relatati mal-prestazzjoni;
(d)
l-ispejjeż tad-distribuzzjoni;
(e)
spejjeż oħra, inklużi spejjeż ta' amministrazzjoni, regolatorji, ta' depożitu, ta' kustodja, ta' servizz professjonali u ta' awditjar.
|
|
Artikolu 25 2.
|
Il-prospett għandu jiddivulga proporzjon tal-kostijiet globali tal-ELTIF.
|
|
Artikolu 25 3.
|
L-AETS tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-definizzjonijiet komuni, il-metodoloġiji ta' kalkolu u l-formati ta' preżentazzjoni tal-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-proporzjon globali msemmi fil-paragrafu 2. L-AETS, meta tkun qed tiżviluppa dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, tqis l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014. L-AETS tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-9 ta' Settembru 2015. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|