+KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
---+Artikolu 1
---+Artikolu 2
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
------+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 3

KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti u kondizzjonijiet uniformi għal dawk il-maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv li jixtiequ jużaw id-denominazzjoni “EuVECA” fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti fl-Unjoni, u b’hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.

Dan jistabbilixxi wkoll regoli uniformi għall-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti lill-investituri eliġibbli fl-Unjoni, għall-kompożizzjoni tal-portafoll ta’ fondi ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti, għall-istrumenti tal-investiment eliġibbli u t-tekniki li jridu jintużaw mill-fondi ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti kif ukoll għall-organizzazzjoni, il-kondotta u t-trasparenza tal-maniġers tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju li jikkummerċjalizzaw il-fondi ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti fl-Unjoni.

Artikolu 2
Artikolu 3

Artikolu 3

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“impriża ta’ investiment kollettiv” tfisser AIF kif definita fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(b) 

“fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti” tfisser impriża tal-investiment kollettiv li:

(i) 

għandha l-ħsieb tinvesti mill-inqas 70 % tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u l-kapital impenjat mhux mitlub tagħha f’assi li huma investimenti kwalifikanti, ikkalkulati fuq il-bażi tal-ammonti investibbli wara tnaqqis tal-ispejjeż u holdings fi flus kontanti u ekwivalenti ta’ flus kontanti rilevanti kollha fiż-żmien stipulat fir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tagħha;

(ii) 

ma tużax aktar minn 30 % tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u kapital impenjat mhux mitlub tagħha għall-akkwist ta' assi minbarra investimenti kwalifikanti, ikkalkulati fuq il-bażi tal-ammonti investibbli wara tnaqqis tal-ispejjeż u holdings fi flus kontanti u ekwivalenti ta’ flus kontanti rilevanti kollha;

(iii) 

hija stabbilita fit-territorju ta' Stat Membru;

(c) 

“maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti” tfisser persuna ġuridika li n-negozju regolari tagħha hija l-ġestjoni ta' mill-inqas fond wieħed ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti;

(d) 

“impriża ta' portafoll kwalifikanti” tfisser impriża li:

▼M1

(i) 

fi żmien l-ewwel investiment mill-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti f’dik l-impriża jikkonforma ma’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

— 
l-impriża mhijiex ammessa għan-negozjar f’suq regolat jew f’faċilità multilaterali tan-negozjar, kif definit fil-punti (21) u (22) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), u timpjega sa 499 persuna;
— 
l-impriża hija intrapriża żgħira u ta’ daqs medju, kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, li hija elenkata f’suq tat-tkabbir tal-SMEs kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva;

▼B

(ii) 

li hija nnifisha mhijiex impriża ta’ investiment kollettiv;

(iii) 

mhijiex waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

— 
istituzzjoni ta' kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 2 ),
— 
ditta tal-investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE,
— 
impriża tal-assigurazzjoni kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) ( 3 ),
— 
kumpanija holding finanzjarja kif definita fil-punt (19) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE, jew
— 
kumpanija holding b’attivitajiet imħallta kif definita fil-punt (19) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE;
(iv) 

hi stabbilita fit-territorju ta' Stat Membru, jew f'pajjiż terz sakemm dak il-pajjiż terz:

— 
mhux imniżżel fil-lista ta' Pajjiż u Territorju Non Kooperattiv mill-Grupp ta' Azzjoni Finanzjarja dwar il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu,
— 
ikun iffirma ftehim mal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u ma' kull Stat Membru ieħor fejn ikun intiż li jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti, sabiex ikun assigurat li l-pajjiż terz jikkonforma kompletament mal-istandards stipulati fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD u li jiżgura skambju ta' informazzjoni effikaċi fil-kwistjonijiet fiskali, inklużi kwalunkwe ftehimiet fiskali multilaterali;
(e) 

“investimenti kwalifikanti” tfisser kwalunkwe wieħed mill-istrumenti li ġejjin:

(i) 

strumenti ta’ equity jew quasi-equity li huma:

— 
maħruġa minn impriża ta' portafoll kwalifikanti u akkwistata direttament mill-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti mill-impriża ta' portafoll kwalifikanti,
— 
maħruġa minn impriża ta' portafoll kwalifikanti fi skambju għal titolu ta’ equity maħruġ mill-impriża ta' portafoll kwalifikanti, jew
— 
maħruġa minn impriża li tagħha l-impriża ta' portafoll kwalifikanti l hija sussidjarja b’sehem azzjonarju maġġoritarju u li hija akkwistata mill-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti fi skambju għal strument ta’ equity maħruġ mill-impriża ta' portafoll kwalifikanti;
(ii) 

self garantit u mhux garantit mogħti mill-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti lil impriża ta' portafoll kwalifikanti li fiha l-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti diġà għandu investimenti kwalifikanti, sakemm mhux aktar minn 30 % tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u l-kapital impenjat mhux mitlub fil-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jintuża għal self bħal dan;

(iii) 

ishma tal-impriża ta' portafoll kwalifikanti miksuba minn azzjonisti eżistenti ta' dik l-impriża;

(iv) 

unitajiet jew ishma ta’ fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti wieħed jew aktar, sakemm dawk il-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti stess ma jkunux investew aktar minn 10 % tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u ta' kapital impenjat mhux mitlub tagħhom f'fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti;

(f) 

“spejjeż relevanti” tfisser id-drittijiet, l-imposti u l-ispejjeż kollha li jiġu mġarrba direttament jew indirettament mill-investituri u li jkun sar qbil dwarhom bejn il-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u l-investituri;

(g) 

“equity” tfisser interess azzjonarju f’impriża, irrappreżentat mill-ishma jew forom oħra ta’ parteċipazzjoni fil-kapital tal-impriża ta' portafoll kwalifikanti, maħruġa lill-investituri tagħha;

(h) 

“quasi-equity” tfisser kwalunkwe tip ta’ strument ta' finanzjament, li jikkonsisti f’equity u dejn, fejn il-qligħ fuq l-istrument huwa konness mal-qligħ jew it-telf tal-impriża ta' portafoll kwalifikanti, u fejn il-ħlas lura tal-istrument f'każ ta' mankanza ma jkunx garantit bis-sħiħ.

(i) 

“kummerċjalizzazzjoni” tfisser l-offerta jew l-allokazzjoni diretta jew indiretta fuq inizjattiva tal-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jew f’isem il-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti ta’ unitajiet jew ishma ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju li jiġġestixxi lil jew mal-investituri ddomiċiljati jew b’uffiċċju rreġistrat fl-Unjoni;

(j) 

“kapital impenjat” tfisser kwalunkwe impenn li minħabba fih investitur huwa obbligat, fi żmien stipulat fir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti, jakkwista interess jew jagħmel kontribuzzjonijiet kapitali lill-fond;

▼M1

(k) 

“Stat Membru tad-domiċilju” tfisser l-Istat Membru li fih il-maniġer ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu;

▼B

(l) 

“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru, li ma jkunx l-Istat Membru ta’ domiċilju, fejn il-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jikkummerċjalizza l-fondi ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti taħt dan ir-Regolament;

▼M1

(m) 

“awtorità kompetenti” tfisser:

(i) 

għal maniġers kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(ii) 

għal maniġers kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(iii) 

għal fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jkun stabbilit;

▼M1

(n) 

“awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti” tfisser l-awtorità ta’ Stat Membru għajr dik tal-Istat Membru tad-domiċilju fejn il-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti huwa kummerċjalizzat;

▼M2

(o) 

“prekummerċjalizzazzjoni” tfisser għoti ta' informazzjoni jew komunikazzjoni, b'mod dirett jew indirett, dwar strateġiji ta' investiment jew ideat ta' investiment mill-maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti, jew f'ismu, lill-investituri potenzjali ddomiċiljati jew b'uffiċċju rreġistrat fl-Unjoni sabiex jittestja l-interess tagħhom f'fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li għadu mhuwiex stabbilit, jew f'fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li huwa stabbilit, iżda li għadu mhux innotifikat għall-kummerċjalizzazzjoni skont l-Artikolu 15, f'dak l-Istat Membru fejn l-investituri potenzjali huma ddomiċiljati jew għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom, u li fi kwalunkwe każ ma jammontax għal offerta jew pjazzament lill-investitur potenzjali biex jinvesti fl-unitajiet jew l-ishma ta' dak il-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti.

▼B

Fir-rigward tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, fejn il-forma legali tal-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti tippermetti ġestjoni interna u fejn il-korp ta' tmexxija tal-fond jagħżel li ma jaħtarx maniġer estern, il-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti nnifsu għandu jkun reġistrat bħala l-maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti f'konformità mal-Artikolu 14. Fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li hu reġistrat bħala maniġer intern ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti m'għandux jiġi reġistrat bħala maniġer estern ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti ta' impriżi ta' investiment kollettiv oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0345
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.