+Artikolu 4a
---+Artikolu 4a 1.
---+Artikolu 4a 2.
---+Artikolu 4a 3.
---+Artikolu 4a 4.
---+Artikolu 4a 5.
---+Artikolu 4a 6.
|
Artikolu 4a
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4a 1.
|
Maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jista' jwettaq prekummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni, ħlief meta l-informazzjoni ppreżentata lill-investituri potenzjali:
(a)
tkun suffiċjenti biex tippermetti lill-investituri jintrabtu li jakkwistaw unitajiet jew ishma ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti partikolari;
(b)
tkun tammonta għal formoli ta' sottoskrizzjoni jew dokumenti simili kemm f'forma ta' abbozz kif ukoll f'forma finali; jew
(c)
tkun tammonta għal dokumenti kostituzzjonali, prospett jew dokumenti ta' offerta ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li għadu mhux stabbilit f'forma finali.
Meta jiġu pprovduti abbozz ta' prospett jew dokumenti ta' offerta, dawn ma għandux ikun fihom informazzjoni suffiċjenti li tippermetti lill-investituri jieħdu deċiżjoni ta' investiment u għandhom jiddikjaraw b'mod ċar li:
(a)
ma jikkostitwixxux offerta jew stedina għal sottoskrizzjoni f'unitajiet jew ishma ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti; u
(b)
l-informazzjoni ppreżentata fihom ma għandhiex titqies bħala affidabbli peress li mhijiex kompleta u tista' tkun soġġetta għal tibdil.
|
|
Artikolu 4a 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jesiġu li maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bil-kontenut jew bid-destinatarji tal-prekummerċjalizzazzjoni, jew li jissodisfa xi kundizzjonijiet jew rekwiżiti għajr dawk stabbiliti f'dan l-Artikolu, qabel ma jagħmel prekummerċjalizzazzjoni.
|
|
Artikolu 4a 3.
|
Il-maniġers tal-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti għandhom jiżguraw li l-investituri ma jakkwistawx unitajiet jew ishma f'fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti permezz ta' prekummerċjalizzazzjoni u li l-investituri kkuntattjati bħala parti mill-prekummerċjalizzazzjoni jistgħu jakkwistaw biss unitajiet jew ishma f'dak il-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti permezz ta' kummerċjalizzazzjoni permessa skont l-Artikolu 15. Kwalunkwe sottoskrizzjoni minn investituri professjonali, fi żmien 18-il xahar minn meta l-maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li jkun beda l-prekummerċjalizzazzjoni, f'unitajiet jew ishma ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti msemmi fl-informazzjoni pprovduta fil-kuntest tal-prekummerċjalizzazzjoni, jew ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti stabbilit b'riżultat tal-prekummerċjalizzazzjoni, għandha titqies li tkun ir-riżultat ta' kummerċjalizzazzjoni u għandha tkun soġġetta għall-proċeduri ta' notifika applikabbli msemmija fl-Artikolu 15.
|
|
Artikolu 4a 4.
|
Fi żmien ġimagħtejn minn meta jkun beda l-prekummerċjalizzazzjoni, il-maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti għandu jibagħat ittra informali, f'forma stampata jew b'mezzi elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu. Dik l-ittra għandha tispeċifika l-Istati Membri fejn saret il-prekummerċjalizzazzjoni u l-perjodi li matulhom qed issir jew tkun saret, deskrizzjoni qasira tal-prekummerċjalizzazzjoni inkluża informazzjoni dwar l-istrateġiji ta' investiment ippreżentati u, fejn rilevanti, lista tal-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li huma jew li kienu s-suġġett tal-prekummerċjalizzazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom il-maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti huwa jew kien involut f'prekummerċjalizzazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih qed issir jew tkun saret il-prekummerċjalizzazzjoni jistgħu jesiġu li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-maniġer tal-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jipprovdu informazzjoni ulterjuri dwar il-prekummerċjalizzazzjoni li qed issir jew tkun saret fit-territorju tiegħu.
|
|
Artikolu 4a 5.
|
Parti terza għandha tidħol biss fi prekummerċjalizzazzjoni f'isem maniġer awtorizzat ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti meta din tkun awtorizzata bħala ditta tal-investiment skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
), bħala istituzzjoni ta' kreditu skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
), bħala kumpanija maniġerjali tal-UCITS skont id-Direttiva 2009/65/KE, bħala maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv skont id-Direttiva 2011/61/UE, jew meta taġixxi bħala aġent marbut skont id-Direttiva 2014/65/UE. Tali parti terza għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 4a 6.
|
Maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti għandu jiżgura li l-prekummerċjalizzazzjoni tkun dokumentata kif xieraq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0345
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|