+Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 7

Il-maniġers ta' fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandhom, fir-rigward tal-fondi ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti ġestiti minnhom:

(a) 

jaġixxu onestament, b’mod ġust u b’ħila, reqqa u diliġenza xierqa fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom;

(b) 

japplikaw politika u proċeduri xierqa biex tiġi evitata prattiċi illeċiti li raġonevolment jistgħu jkunu mistennija jaffettwaw l-interessi tal-investituri u l-impriżi ta' portafoll kwalifikanti;

(c) 

iwettqu l-attivitajiet tan-negozju tagħhom b’mod li jippromwovu l-aħjar interessi tal-fondi ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti li huma jiġġestixxu, l-investituri fihom u l-integrità tas-suq;

(d) 

japplikaw livell għoli ta’ diliġenza fl-għażla u l-monitoraġġ kontinwu tal-investimenti fl-impriżi ta' portafoll kwalifikanti;

(e) 

ikollhom għarfien u fehim xierqa rigward l-impriżi ta' portafoll kwalifikanti li fihom jinvestu;

▼M1

(f) 

jittrattaw lill-investituri b’mod ekwu. Dan ma għandux jipprekludi trattament aktar favorevoli ta’ investituri privati milli ta’ investitur tal-istat, dment li tali trattament ikun kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 ( 6 ), u jkun divulgat fir-regoli tal-fond jew strumenti ta’ inkorporazzjoni;

▼B

(g) 

jiżguraw li l-ebda investitur ma jikseb trattament preferenzjali, sakemm tali trattament preferenzjali ma jiġix żvelat fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0345
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.