+Artikolu 12
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
|
Artikolu 12
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Il-maniġers ta' fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandhom jagħmlu disponibbli rapport annwali għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għal kull fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti li huma jiġġestixxu, sa sitt xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja. Ir-rapport għandu jiddeskrivi l-kompożizzjoni tal-portafoll tal-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti u l-attivitajiet tas-sena preċedenti. Għandu wkoll jiddivulga l-profitti miksuba mill-fond ta' kapital ta’ riskju fit-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu u, fejn applikabbli, il-profitti mqassma matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tiegħu. Għandu jinkludi l-kontijiet finanzjarji awditjati għall-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti. Ir-rapport annwali għandu jsir f'konformità mal-istandards ta' rappurtar eżistenti u t-termini miftiehma bejn il-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u l-investituri. Il-maniġers ta' fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandhom jipprovdu r-rapport lill-investituri meta dan jintalab. Il-maniġers ta' fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u l-investituri jistgħu jiftiehmu bejniethom li jiżvelaw aktar lil xulxin.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Għandu jsir awditjar tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għall-inqas darba fis-sena. L-awditjar għandu jikkonferma li l-flus u l-assi huma miżmuma f'isem il-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u li l-maniġer tal-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jkun stabbilixxa u żamm rekords u kontrolli adegwati fir-rigward tal-użu ta' kwalunkwe mandat jew kontroll fuq il-flus u l-assi tal-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti u l-investituri fih.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Fejn il-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jkun meħtieġ jippubblika rapport finanzjarju annwali f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat (
7
) fir-rigward tal-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tingħata separatament jew bħala parti addizzjonali tar-rapport finanzjarju annwali.
|
|
Artikolu 12 4.
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha miġbura skont dan l-Artikolu lill-awtorità kompetenti ta’ kull fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti kkonċernat, lill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti kkonċernat u lill-ESMA fi żmien opportun permezz tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 22.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0345
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|