+Artikolu 14
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.
---+Artikolu 14 8.
---+Artikolu 14 9.

Artikolu 14

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.

Il-maniġers ta' fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti li għandhom l-intenzjoni li jużaw id-denominazzjoni “EuVECA” għall-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti tagħhom għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom dwar l-intenzjoni tagħhom u għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-identità tal-persuni li effettivament iwettqu n-negozju tal-ġestjoni tal-fondi ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti;

(b) 

l-identità tal-fondi ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti, li l-unitajiet jew l-ishma tagħhom se jkunu kkummerċjalizzati u l-istrateġiji tal-investiment tagħhom;

(c) 

l-informazzjoni dwar l-arranġamenti li saru għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu II;

(d) 

lista tal-Istati Membri fejn il-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza kull fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 14 2.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tirreġistra l-maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet segwenti:

(a) 

il-persuni li jmexxu effettivament in-negozju ta' maniġment ta' fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jkunu ta' reputazzjoni suffiċjentement tajba u ta' esperjenza suffiċjenti wkoll fir-rigward tat-tip ta' strateġiji ta' investiment segwiti mill-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti;

(b) 

l-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 1 tkun kompluta;

(c) 

l-arranġamenti nnotifikati f'konformità mal-punt (c) tal-paragrafu 1 jkunu xierqa għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu II.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 14 3.
Ir-reġistrazzjoni taħt dan l-Artikolu għandha tkun valida fit-territorju kollu tal-Unjoni u għandha tippermetti lill-maniġers tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti li jikkummerċjalizzaw il-fondi ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti taħt id-denominazzjoni “EuVECA” madwar l-Unjoni kollha.
Artikolu 14 4.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinforma lill-maniġer kif imsemmi fil-paragrafu 1 jekk ġiex irreġistrat bħala maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti mhux aktar tard minn xahrejn wara li jkun ipprovda l-informazzjoni kollha msemmija f’dak il-paragrafu.
Artikolu 14 5.
Reġistrazzjoni skont dan l-Artikolu għandha tikkostitwixxi reġistrazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE fir-rigward tal-ġestjoni ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti.
Artikolu 14 6.
Maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti msemmi f’dan l-Artikolu għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju dwar kwalunkwe bidla materjali għall-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni inizjali f’konformità ma’ dan l-Artikolu qabel ma dawn il-bidliet jiġu implimentati.

Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiddeċiedi li timponi restrizzjonijiet jew tirrifjuta l-bidliet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, hi għandha tinforma lill-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti fi żmien xahar minn meta tasal in-notifika ta’ dawk il-bidliet. L-awtorità kompetenti tista’ testendi dak il-perijodu sa massimu ta’ xahar, jekk tqis li dan huwa neċessarju minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, wara li tkun innotifikat lill-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti. Il-bidliet jistgħu jiġu implimentati jekk l-awtorità kompetenti rilevanti ma topponix il-bidliet fi żmien il-perijodu ta’ valutazzjoni rilevanti.

Artikolu 14 7.
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 1 u biex tispeċifika ulterjorment il-kundizzjonijiet kif stabbilit fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 14 8.
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi fuq forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 14 9.
L-ESMA għandha torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari f’konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-proċessi ta’ reġistrazzjoni mwettqa minn awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0345
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.