+Artikolu 16
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
|
Artikolu 16
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti u lill-ESMA immedjatament dwar kwalunkwe reġistrazzjoni jew tneħħija mir-reġistru ta’ maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti, ta’ kwalunkwe żieda jew tneħħija mir-reġistru ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u ta’ kwalunkwe żieda jew tneħħija mil-lista ta’ Stati Membri li fihom il-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti bi ħsiebu jikkummerċjalizza dawk il-fondi. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti li ġiet irreġistrata f’konformità mal-Artikolu 14a għandha immedjatament tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti, u lill-ESMA, dwar kwalunkwe żieda jew tneħħija mir-reġistru ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jew ta’ kwalunkwe żieda jew tneħħija mil-lista ta’ Stati Membri li fihom il-maniġer ta’ dak il-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandu l-ħsieb li jikkummerċjalizza dak il-fond.
|
|
Artikolu 16 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti ma għandhomx jimponu fuq il-maniġers ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti xi rekwiżiti jew proċeduri amministrattivi fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti tagħhom, u lanqas ma għandhom jirrikjedu xi approvazzjoni ta’ dik il-kummerċjalizzazzjoni qabel il-bidu tagħha. Tali rekwiżiti jew proċeduri amministrattivi jinkludu drittijiet u imposti oħrajn.
|
|
Artikolu 16 3.
|
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tfassal abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina l-format tan-notifika taħt dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 16 4.
|
L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sas-16 ta’ Frar 2014.
|
|
Artikolu 16 5.
|
Il-Kummissjoni b'dan tingħata s-setgħa li tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0345
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|