|
+Artikolu 21 1. |
Artikolu 21 1.Filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa msemmija fil-paragrafu 2, kif applikabbli, fejn il-maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti:
(a)
jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw għall-kompożizzjoni tal-portafoll bi ksur tal-Artikolu 5;
(b)
jikkummerċjalizza, bi ksur tal-Artikolu 6, l-unitajiet u l-ishma ta’ fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti lil investituri mhux eliġibbli;
(c)
juża d-denominazzjoni “EuVECA” iżda mhuwiex reġistrat f’konformità mal-Artikolu 14, jew il-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti ma jkunx reġistrat f’konformità mal-Artikolu 14a;
(d)
juża d-denominazzjoni “EuVECA” biex jikkummerċjalizza fondi li mhumiex stabbiliti f'konformità mal-punt (iii) tal-punt (b) tal-Artikolu 3;
(e)
akkwista reġistrazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mod irregolari ieħor bi ksur tal-Artikolu 14 jew l-Artikolu 14a;
(f)
jonqos milli jaġixxi onestament, b'mod ġust jew b'ħila, r-reqqa jew d-diliġenza xierqa fit-twettiq tan-negozju tiegħu, bi ksur tal-punt (a) tal-Artikolu 7;
(g)
jonqos milli japplika politika u proċeduri xierqa biex jevita prattika illeċita bi ksur tal-punt (b) tal-Artikolu 7;
(h)
ripetutament jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 12 dwar ir-rapport annwali;
(i)
ripetutament jonqos milli jikkonforma mal-obbligu li jinforma lill-investituri f'konformità mal-Artikolu 13. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|