+Artikolu 21
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.

Artikolu 21

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.

Filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa msemmija fil-paragrafu 2, kif applikabbli, fejn il-maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti:

▼B

(a) 

jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw għall-kompożizzjoni tal-portafoll bi ksur tal-Artikolu 5;

(b) 

jikkummerċjalizza, bi ksur tal-Artikolu 6, l-unitajiet u l-ishma ta’ fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti lil investituri mhux eliġibbli;

▼M1

(c) 

juża d-denominazzjoni “EuVECA” iżda mhuwiex reġistrat f’konformità mal-Artikolu 14, jew il-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti ma jkunx reġistrat f’konformità mal-Artikolu 14a;

▼B

(d) 

juża d-denominazzjoni “EuVECA” biex jikkummerċjalizza fondi li mhumiex stabbiliti f'konformità mal-punt (iii) tal-punt (b) tal-Artikolu 3;

▼M1

(e) 

akkwista reġistrazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mod irregolari ieħor bi ksur tal-Artikolu 14 jew l-Artikolu 14a;

▼B

(f) 

jonqos milli jaġixxi onestament, b'mod ġust jew b'ħila, r-reqqa jew d-diliġenza xierqa fit-twettiq tan-negozju tiegħu, bi ksur tal-punt (a) tal-Artikolu 7;

(g) 

jonqos milli japplika politika u proċeduri xierqa biex jevita prattika illeċita bi ksur tal-punt (b) tal-Artikolu 7;

(h) 

ripetutament jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 12 dwar ir-rapport annwali;

(i) 

ripetutament jonqos milli jikkonforma mal-obbligu li jinforma lill-investituri f'konformità mal-Artikolu 13.

Artikolu 21 2.

Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha, kif xieraq:

(a) 

tieħu l-miżuri li jiżguraw li l-maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jikkonforma mal-Artikoli 5 u 6, mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7 u mal-Artikoli 12 sa 14a, kif applikabbli;

(b) 

tipprojbixxi lill-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti kkonċernat milli juża d-denominazzjoni “EuVECA” u tneħħi lil dak il-maniġer, jew il-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti kkonċernat, mir-reġistru.

Artikolu 21 3.
L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 għandha tinforma lil kwalunkwe awtorità kompetenti oħra, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ospitanti f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 14(1), u l-ESMA, mingħajr dewmien dwar it-tneħħija ta’ maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti mir-reġistru.
Artikolu 21 4.
Id-dritt li jkun ikkummerċjalizzat fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti wieħed jew aktar taħt id-denominazzjoni “EuVECA” fl-Unjoni għandu jiskadi b’effett immedjat mid-data tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.
Artikolu 21 5.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew tal-Istat Membru ospitanti, kif applikabbli, għandhom jinfurmaw lill-ESMA mingħajr dewmien jekk ikollhom raġunijiet ċari u dimostrabbli biex jemmnu li l-maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jkun wettaq xi ksur imsemmi fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 21(1).

L-ESMA tista’, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità, toħroġ rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati biex jieħdu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jew biex iżommu lura milli jieħdu tali miżuri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0345
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.