|
+Artikolu 26 1. |
Artikolu 26 1.Il-Kummissjoni għandha tirrivedi dan ir-Regolament f'konformità mal-paragrafu 2. Ir-reviżjoni għandha tinkludi stħarriġ ġenerali tal-funzjonament tar-regoli f’dan ir-Regolament u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom, inklużi:
(a)
il-punt sa fejn id-denominazzjoni “EuVECA” intużat minn maniġers ta' fondi ta’ kapital ta’ riskju fi Stati Membri differenti, kemm jekk fuq bażi nazzjonali kif ukoll jekk fuq bażi transkonfinali;
(b)
id-distribuzzjoni ġeografika u settorjali tal-investimenti mwettqa minn fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti;
(c)
l-adegwatezza tar-rekwiżiti tal-informazzjoni taħt l-Artikolu 13, b'mod partikolari jekk dawn humiex suffiċjenti biex jippermettu li l-investituri jieħdu deċizjoni infurmata dwar investiment;
(d)
l-użu tal-investimenti kwalifikanti differenti mill-maniġers ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikantiu b’mod partikolari jekk hemmx bżonn li jiġu aġġustati l-investimenti kwalifikanti f’dan ir-Regolament;
(e)
il-possibbiltà li l-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti tiġi estiża għal investituri fil-livell tal-konsum;
(f)
l-effikaċja, il-proporzjonalità u l-applikazzjoni ta' penali amministrattivi u ta' miżuri oħrajn provduti mill-Istati Membri f'konformità ma' dan ir-Regolament;
(g)
l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq is-suq tal-kapital ta’ riskju;
(h)
il-possibbiltà li fondi ta’ kapital ta’ riskju stabbiliti f'pajjiż terz ikunu jistgħu jużaw id-denominazzjoni “EuVECA”, filwaqt li jittieħed kont tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi biex japplikaw l-istandards minimi ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa;
(i)
kemm hu xieraq li dan ir-Regolament jiġi komplementat b'reġim depożitarju;
(j)
evalwazzjoni ta' kwalunikwe ostakolu li setgħa impedixxa l-investiment f'fondi li jużaw id-denominazzjoni “EuVECA”, inkluż l-impatt fuq investituri istituzzjonali ta' liġijiet oħra tal-Unjoni ta' natura prudenzjali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|