+Artikolu 26
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
|
Artikolu 26
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tirrivedi dan ir-Regolament f'konformità mal-paragrafu 2. Ir-reviżjoni għandha tinkludi stħarriġ ġenerali tal-funzjonament tar-regoli f’dan ir-Regolament u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom, inklużi:
(a)
il-punt sa fejn id-denominazzjoni “EuVECA” intużat minn maniġers ta' fondi ta’ kapital ta’ riskju fi Stati Membri differenti, kemm jekk fuq bażi nazzjonali kif ukoll jekk fuq bażi transkonfinali;
(b)
id-distribuzzjoni ġeografika u settorjali tal-investimenti mwettqa minn fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti;
(c)
l-adegwatezza tar-rekwiżiti tal-informazzjoni taħt l-Artikolu 13, b'mod partikolari jekk dawn humiex suffiċjenti biex jippermettu li l-investituri jieħdu deċizjoni infurmata dwar investiment;
(d)
l-użu tal-investimenti kwalifikanti differenti mill-maniġers ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikantiu b’mod partikolari jekk hemmx bżonn li jiġu aġġustati l-investimenti kwalifikanti f’dan ir-Regolament;
(e)
il-possibbiltà li l-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti tiġi estiża għal investituri fil-livell tal-konsum;
(f)
l-effikaċja, il-proporzjonalità u l-applikazzjoni ta' penali amministrattivi u ta' miżuri oħrajn provduti mill-Istati Membri f'konformità ma' dan ir-Regolament;
(g)
l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq is-suq tal-kapital ta’ riskju;
(h)
il-possibbiltà li fondi ta’ kapital ta’ riskju stabbiliti f'pajjiż terz ikunu jistgħu jużaw id-denominazzjoni “EuVECA”, filwaqt li jittieħed kont tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi biex japplikaw l-istandards minimi ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa;
(i)
kemm hu xieraq li dan ir-Regolament jiġi komplementat b'reġim depożitarju;
(j)
evalwazzjoni ta' kwalunikwe ostakolu li setgħa impedixxa l-investiment f'fondi li jużaw id-denominazzjoni “EuVECA”, inkluż l-impatt fuq investituri istituzzjonali ta' liġijiet oħra tal-Unjoni ta' natura prudenzjali.
|
|
Artikolu 26 2.
|
Ir-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq:
(a)
sat-
►M1
2 ta’ Marzu 2022 ◄ fir-rigward tal-punti (a) sa (g), (i) u (j); u
(b)
sat-22 ta' Lulju 2015 fir-rigward tal-punt (h).
|
|
Artikolu 26 3.
|
Wara r-reviżjoni msemmi fil-paragrafu 1, u wara konsultazzjoni mal-AETS, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien, jekk dan ikun xieraq, ma’ proposta leġiżlattiva.
|
|
Artikolu 26 4.
|
B’mod parallel mar-rieżami skont l-Artikolu 69 tad- Direttiva 2011/61/UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-maniġers reġistrati skont il-punt (b) tal-Artikolu 3(2) ta’ dik id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tanalizza:
(a)
il-ġestjoni ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u l-adegwatezza tal-introduzzjoni ta’ bidliet fil-qafas ġuridiku, inkluża l-għażla ta’ passaport maniġerjali; u
(b)
jekk id-definizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti hijiex adatta kif ukoll l-impatt li dik id-definizzjoni u l-interpretazzjonijiet nazzjonali differenti tagħha għandhom fuq l-operazzjoni u l-vijabbiltà tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u fuq id-distribuzzjoni transfruntiera ta’ dawn il-fondi.
Wara dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġislattiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0345
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|