L-Awtorità għandha taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha b’dan ir-Regolament u fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE bl-eċċezzjoni tat-Titolu IV tagħha, tad-Direttiva 2002/87/KE, tad-Direttiva (UE) 2016/97 (
1
) u tad-Direttiva (UE) 2016/2341 (
2
) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u, sa fejn dawk l-atti japplikaw għal impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni, istituzzjonijiet għall-provvediment tal-irtirar mix-xogħol u intermedjarji tal-assigurazzjoni, fil-partijiet rilevanti tad-Direttiva(UE) 2002/65/KE, inklużi d-direttivi, regolamenti u deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta’ kwalunkwe att ieħor, legalment vinkolanti, tal-Unjoni li jikkonferixxi kompiti lill-Awtorità.