+Artikolu 1 Stabbiliment u ambitu tal-azzjoni
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 1 5.
---+Artikolu 1 6.
---+Artikolu 1 7.

Artikolu 1 Stabbiliment u ambitu tal-azzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”).
Artikolu 1 2.
L-Awtorità għandha taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha b’dan ir-Regolament u fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE bl-eċċezzjoni tat-Titolu IV tagħha, tad-Direttiva 2002/87/KE, tad-Direttiva (UE) 2016/97 ( 1 ) u tad-Direttiva (UE) 2016/2341 ( 2 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u, sa fejn dawk l-atti japplikaw għal impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni, istituzzjonijiet għall-provvediment tal-irtirar mix-xogħol u intermedjarji tal-assigurazzjoni, fil-partijiet rilevanti tad-Direttiva(UE) 2002/65/KE, inklużi d-direttivi, regolamenti u deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta’ kwalunkwe att ieħor, legalment vinkolanti, tal-Unjoni li jikkonferixxi kompiti lill-Awtorità.
Artikolu 1 3.
L-Awtorità għandha taġixxi fil-qasam tal-attivitajiet tal-impriżi tal-assigurazzjoni, tal-impriżi ta’ riassigurazzjoni, tal-konglomerati finanzjarji, tal-istituzzjonijiet għall-provvista tal-irtirar mix-xogħol u tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni, fir-rigward ta’ kwistjonijiet li mhumiex koperti direttament mill-atti leġislattivi msemmija fil-paragrafu 2, inklużi kwistjonijiet ta’ governanza korporattiva, verifika u rappurtar finanzjarju, filwaqt li tqis il-mudelli ta’ negozju sostenibbli u l-integrazzjoni ta’ fatturi relatati ambjentali, soċjali u ta’ governanza, sakemm tali azzjonijiet mill-Awtorità jkunu meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta’ dawk l-atti.
Artikolu 1 4.
Fir-rigward tal-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar mix-xogħol, l-Awtorità għandha taġixxi mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali soċjali u tax-xogħol.
Artikolu 1 5.
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni, b’mod partikolari skont l-Artikolu 258 TFUE, sabiex tiżgura konformità mal-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 1 6.

L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tipproteġi l-interess pubbliku billi tikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-effettività fuq żmien qasir, medju u twil tas-sistema finanzjarja, għall-ekonomija tal-Unjoni, iċ-ċittadini u n-negozji tagħha. L-awtorità għandha, fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħha, tikkontribwixxi sabiex:

▼B

(a) 

jitjieb l-operat tas-suq intern, inkluż b’mod partikolari livell sod, effikaċi u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni,

(b) 

jiġu żgurati l-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-operat ordnat tas-swieq finanzjarji,

(c) 

tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali,

(d) 

jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u tingħata promozzjoni għal kondizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni,

▼M2

(e) 

jiġi żgurat li t-teħid ta’ riskji relatati mal-attivitajiet tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol ikun regolat u ssorveljat b’mod adegwat,

(f) 

tissaħħaħ il-protezzjoni tal-klijenti u tal-konsumatur; u

▼M2

(g) 

tittejjeb il-konverġenza superviżorja fis-suq intern kollu.

▼M2

Għal dawk il-finijiet, l-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, tkattar il-konverġenza superviżorja, u tipprovdi opinjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16a lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni.

▼B

Fl-eżerċizzju tal-kompiti konferiti lilha permezz ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lil kwalunkwe riskju sistemiku potenzjali fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji, li n-nuqqas tagħhom jista’ jxekkel l-operat tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija reali.

▼M2

Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Awtorità għandha taġixxi indipendentement, oġġettivament u b’mod mhux diskriminatorju u trasparenti, fl-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi u għandha tirrispetta, kull fejn ikun rilevanti, il-prinċipju tal-proporzjonalità. L-Awtorità għandha tagħti rendikont u taġixxi b’integrità u għandha tiżgura li l-partijiet interessati kollha jiġu trattati b’mod ġust.

▼M2

Il-kontenut u l-forma tal-azzjonijiet u tal-miżuri tal-Awtorità, b’mod partikolari l-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet, l-opinjonijiet, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet, l-abbozzi ta’ standards regolatorji u l-abbozzi ta’ standards ta’ implimentazzjoni, għandhom jirrispettaw b’mod sħiħ id-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ dan ir-Regolament u tal-atti leġislattivi msemmija fil-paragrafu 2. Sa fejn huwa permess u rilevanti taħt dawk id-dispożizzjonijiet, l-azzjonijiet u l-miżuri tal-Awtorità għandhom, f’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, iqisu kif dovut in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti għan-negozju ta’ istituzzjoni finanzjarja, impriża, suġġett ieħor jew attività finanzjarja oħra, li jkunu milquta mill-azzjonijiet u l-miżuri tal-Awtorità.

Artikolu 1 7.
L-Awtorità għandha tistabbilixxi, bħala parti integrali minnha, Kumitat li jkun ta’ konsulenza għaliha dwar kif, f’konformità sħiħa mar-regoli applikabbli, ikun jenħtieġ li l-azzjonijiet u l-miżuri tagħha jqisu d-differenzi speċifiċi prevalenti fis-settur, li jirrigwardaw in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji, il-mudelli u l-prattika ta’ negozju kif ukoll id-daqs tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq sa fejn tali fatturi jkunu rilevanti fl-ambitu tar-regoli kkunsidrati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1094
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.