|
+Artikolu 19 1a. |
Artikolu 19 1a.L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom, fil-każijiet li ġejjin, jinnotifikaw lill-Awtorità, mingħajr dewmien, li ma ntlaħaq ebda ftehim:
(a)
fejn ikun ġie previst limitu ta’ żmien sabiex jintlaħaq ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), u jseħħ kwalunkwe minn fost dawn li ġejjin:
(i)
il-limitu ta’ żmien ikun skada; jew
(ii)
mhux inqas minn żewġ awtoritajiet kompetenti kkonċernati jikkonkludu li jeżisti nuqqas ta’ ftehim, fuq il-bażi ta’ raġunijiet oġġettivi;
(b)
fejn ma jkun ġie previst ebda limitu ta’ żmien sabiex jintlaħaq ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), u jseħħ kwalunkweminn fost dawn li ġejjin:
(i)
mhux inqas minn żewġ awtoritajiet kompetenti kkonċernati jikkonkludu li jeżisti nuqqas ta’ ftehim fuq il-bażi ta’ raġunijiet oġġettivi; jew
(ii)
ikunu għaddew xahrejn mid-data li fiha awtorità kompetenti rċeviet talba minn awtorità kompetenti oħra sabiex tieħu ċerta azzjoni bil-għan li tikkonforma ma’ dawk l-atti u l-awtorità rikjesta tkun għadha ma adottat ebda deċiżjoni li tissodisfa t-talba. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|