+Artikolu 19 Riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti f’sitwazzjonijiet transkonfinali
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 1a.
---+Artikolu 19 1b.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 3a.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
|
Artikolu 19 Riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti f’sitwazzjonijiet transkonfinali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Fil-każijiet speċifikati fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u mingħajr preġudizzju għas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 17, l-Awtorità tista’ tgħin lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jilħqu ftehim f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu f’waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
fuq talba ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati fejn awtorità kompetenti ma taqbilx mal-proċedura jew mal-kontenut ta’ azzjoni, azzjoni proposta jew inattività ta’ awtorità kompetenti oħra;
(b)
f’każijiet fejn l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jipprevedu li l-Awtorità tkun tista’ tgħin fuq inizjattiva tagħha stess fejn, abbażi ta’ raġunijiet oġġettivi, ikun jista’ jiġi stabbilit nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti.
F’każijiet fejn l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jesiġu li tittieħed deċiżjoni konġunta mill-awtoritajiet kompetenti u fejn, skont dawk l-atti, l-Awtorità tkun tista’ tgħin lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, fuq inizjattiva tagħha stess biex jintlaħaq qbil f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, għandu jkun preżunt nuqqas ta’ ftehim fin-nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni konġunta minn dawk l-awtoritajiet fil-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dawk l-atti.
|
|
Artikolu 19 1a.
|
L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom, fil-każijiet li ġejjin, jinnotifikaw lill-Awtorità, mingħajr dewmien, li ma ntlaħaq ebda ftehim:
(a)
fejn ikun ġie previst limitu ta’ żmien sabiex jintlaħaq ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), u jseħħ kwalunkwe minn fost dawn li ġejjin:
(i)
il-limitu ta’ żmien ikun skada; jew
(ii)
mhux inqas minn żewġ awtoritajiet kompetenti kkonċernati jikkonkludu li jeżisti nuqqas ta’ ftehim, fuq il-bażi ta’ raġunijiet oġġettivi;
(b)
fejn ma jkun ġie previst ebda limitu ta’ żmien sabiex jintlaħaq ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), u jseħħ kwalunkweminn fost dawn li ġejjin:
(i)
mhux inqas minn żewġ awtoritajiet kompetenti kkonċernati jikkonkludu li jeżisti nuqqas ta’ ftehim fuq il-bażi ta’ raġunijiet oġġettivi; jew
(ii)
ikunu għaddew xahrejn mid-data li fiha awtorità kompetenti rċeviet talba minn awtorità kompetenti oħra sabiex tieħu ċerta azzjoni bil-għan li tikkonforma ma’ dawk l-atti u l-awtorità rikjesta tkun għadha ma adottat ebda deċiżjoni li tissodisfa t-talba.
|
|
Artikolu 19 1b.
|
Il-President għandu jivvaluta jekk l-Awtorità għandhiex taġixxi f’konformità mal-paragrafu 1. Fejn l-intervent ikun fuq l-inizjattiva proprja tal-Awtorità, din tal-aħħar għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bid-deċiżjoni tagħha rigward l-intervent. Sa meta tittieħed id-deċiżjoni tal-Awtorità f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 44(4), f’każijiet fejn l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jesiġu li tittieħed deċiżjoni konġunta, l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fid-deċiżjoni konġunta għandhom jiddiferixxu d-deċiżjonijiet individwali tagħhom. Fejn l-Awtorità tiddeċiedi li taġixxi, l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fid-deċiżjoni konġunta għandhom jiddiferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sa meta tiġi konkluża l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 19 2.
|
L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għall-konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perijodu rilevanti taż-żmien speċifikat fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. F’dak l-istadju l-Awtorità għandha taġixxi bħala medjatur.
|
|
Artikolu 19 3.
|
Fejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jonqsu milli jilħqu ftehim matul il-fażi ta’ konċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità tista’ tieħu deċiżjoni li tesiġi li dawk l-awtoritajiet jieħdu azzjoni speċifika, jew joqogħdu lura minn ċerta azzjoni, sabiex tiġi riżolta l-kwistjoni, u biex tiġi żgurata l-konformità mal-liġi tal-Unjoni. Id-deċiżjoni tal-Awtorità torbot lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. Id-deċiżjoni tal-Awtorità tista’ tesiġi li l-awtoritajiet kompetenti jirrevokaw jew jemendaw deċiżjoni li jkunu adottaw jew jagħmlu użu mis-setgħat li jkollhom taħt il-liġi rilevanti tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 19 3a.
|
L-Awtorità għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati dwar il-konklużjoni tal-proċeduri taħt il-paragrafi 2 u 3, flimkien ma’, fejn applikabbli, id-deċiżjoni tagħha meħuda taħt il-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 19 4.
|
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 258 TFUE, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil dik l-istituzzjoni finanzjarja li tesiġi minnha l-azzjoni kollha meħtieġa biex tikkonforma mal-obbligi tagħha taħt il-liġi tal-Unjoni, inkluż il-waqfien minn kwalunkwe prattika.
|
|
Artikolu 19 5.
|
Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 4 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni. Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet.
|
|
Artikolu 19 6.
|
Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 50(2), il-President tal-Awtorità għandu jistipula n-natura u t-tip tan-nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-ftehimiet milħuqa u d-deċiżjonijiet meħuda sabiex jiġi solvut dan in-nuqqas ta’ qbil.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1094
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|