+Artikolu 27 Prevenzjoni, maniġġar u riżoluzzjoni ta’ kriżijiet

Artikolu 27 Prevenzjoni, maniġġar u riżoluzzjoni ta’ kriżijiet

Artikolu 27

Prevenzjoni, maniġġar u riżoluzzjoni ta’ kriżijiet

L-Awtorità tista’ tintalab mill-Kummissjoni biex tikkontribwixxi għall-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 242 tad-Direttiva 2009/138/KE, b’mod partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji fi, u l-funzjonalità ta’, kulleġġi ta’ superviżuri; il-prattiki superviżorji li jikkonċernaw l-istabbiliment ta’ żidiet kapitali; il-valutazzjoni tal-benefiċċju mit-tisħiħ tas-superviżjoni ta’ grupp u l-maniġġar ta’ kapital fi ħdan grupp ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, inklużi miżuri possibbli għat-tisħiħ ta’ maniġġar transkonfinali sod ta’ gruppi tal-assigurazzjoni, b’ mod partikolari fir-rigward tal-maniġġar tar-riskji u tal-assi; u tista’ tirrapporta dwar kwalunkwe żviluppi u progress ġodda rigward:

(a) 

qafas armonizzat għal intervent bikri;

(b) 

prattiki fil-maniġġar ċentralizzat ta’ riskji fil-livell ta’ grupp u l-funzjonament ta’ mudelli interni ta’ grupp inkluż it-testjar tal-istress;

(c) 

transazzjonijiet u konċentrazzjonijiet ta’ riskji ġewwa grupp;

(d) 

l-aġir tal-effetti tad-diversifikazzjoni u l-konċentrazzjoni maż-żmien;

(e) 

qafas armonizzat dwar proċeduri tat-transferibbiltà ta’ assi, l-insolvenza u l-istralċ li jelimina l-ostakoli tal-liġi nazzjonali rilevanti dwar il-kumpanniji għat-trasferibbiltà ta’ assi;

(f) 

livell ekwivalenti ta’ protezzjoni għad-detenturi ta’ poloz u l-benefiċjarji tal-impriżi tal-istess grupp partikolarment f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi;

(g) 

soluzzjoni armonizzata u ffinanzjata b’mod adegwat fl-Unjoni kollha għal skemi ta’ garanzija tal-assigurazzjoni.

B’kont meħud tal-punt (f), l-Awtorità tista’ tirrapporta wkoll dwar kwalunkwe żvilupp u progress ġdid rigward sett ta’ arranġamenti kkoordinati għall-maniġġar ta’ kriżi nazzjonali u li jinkludi l-ħtieġa jew le ta’ sistema ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament koerenti u kredibbli bi strumenti ta’ finanzjament xierqa.

Ir-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament prevista fl-Artikolu 81 għandha, b’mod partikolari, teżamina t-tisħiħ possibbli tar-rwol tal-Awtorità fil-qafas tal-prevenzjoni, il-maniġġar u r-riżoluzzjoni ta’ kriżijiet.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1094
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.