|
+Artikolu 29a Prijoritajiet superviżorji strateġiċi tal-Unjoni |
Artikolu 29a Prijoritajiet superviżorji strateġiċi tal-UnjoniArtikolu 29a Prijoritajiet superviżorji strateġiċi tal-Unjoni Wara diskussjoni fil-Bord tas-Superviżuri u filwaqt li jitqiesu l-kontribuzzjonijiet riċevuti mingħand l-awtoritajiet kompetenti, il-ħidma eżistenti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u analiżi, twissijiet u rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-BERS, l-Awtorità għandha, mill-inqas kull tliet snin sal-31 ta’ Marzu, tidentifika massimu ta’ żewġ prijoritajiet ta’ rilevanza għall-Unjoni kollha li għandhom jirriflettu żviluppi u xejriet futuri. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu dawk il-prijoritajiet meta jfasslu l-programmi ta’ ħidma tagħhom u għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità dwar dan. L-Awtorità għandha tiddiskuti l-attivitajiet rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti fis-sena ta’ wara u tislet konklużjonijiet. L-Awtorità għandha tiddiskuti segwitu possibbli li jista’ jinkludi linji gwida, rakkomandazzjonijiet lil awtoritajiet kompetenti u reviżjonijiet bejn il-pari fil-qasam rispettiv. Il-prijoritajiet ta’ rilevanza għall-Unjoni kollha identifikati mill-Awtorità ma għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli japplikaw l-aħjar prattiki tagħhom, filwaqt li jaġixxu fuq prijoritajiet u żviluppi nazzjonali addizzjonali, u għandhom jitqiesu speċifiċitajiet nazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|